|
Poezija Frangiskana |
|
|
Milied 2003 ta' Patri William Bartolo OFMConv Milied 2003 Prietka tal-Milied Frangiskana f'ghamla ta' Poezija
Glorja ‘l Alla fil-oghla tas-smewwiet Hekk kantaw l-angli fil-lejl mimli skiet fil-lejl li kien juri li kollox mistrieh Twieled ghall-bniedem ir-Re tal-Holqien.
Ghal dan ahna lkoll hawnhekk migburin Biex nuru ma’ l-angli kemm ahna mkabbrin Mhux ghax minn taghna dan il-ftahir Imma ghax maghna ghad hawn il-Bambin.
‘Il fuq minn zewg sekli ghaddew minn dal-fatt Fejn Alla lil bniedem ried juri l-patt, Il-patt li lill-bniedem il-Hallieq ma jwarrabx U jibqa’ jzuru f’kull post u f’kull waqt.
Din hija festa ghalina u ghall-kbar, Ghall-foqra u l-ghonja u anki ghaz-zghar Basta li naghrfu li nidhlu fil-ghar Biex hemm ahna nitghallmu nhobbu l-gar.
Din hija l-festa tal-kbir San Frangisk Ghax darba ried jara lil Gesu’ Bambin Kien riesaq gmielu z-zmien tal-Milied U beda jhejji ma’ xi nies twajbin.
Gwanni, il-ghani, kien fost dawn il-hbieb, Alla pprovdielu u hu ma kienx xhih Kull darba li Frangisku jitolbu pjacir Arah kif se jghinnu ghax kien jemmen fih.
Frangisku ghalhekk talbu biex jiehu hsieb Isiblu post tajjeb ghall-lejl tal-Milied hemmhekk hu jkun jista’ jimmagina ftit Dak li kien ghadda Gesu’ f’dak iz-zmien.
Kollox lestielu dan il-habib Sablu ghar fqajjar imwarrab xi ftit Imdawwar bl-ghelieqi u bil-widien Kien qed jithejja l-presepju ewlien.
Ftiehem mar-rghajja biex jigu flimkien U maghhom igibu l-imwarrab u l-fqir U hekk huma lkoll flimkien ma’ Frangisk Ifakkru dil-grajja ta’ imhabba bla qies.
Il-post kien lest ghal dak in-nhar Maghhom kien hemm, il-baqra u l-hmar In-naghag u hdejhom il-haruf mimdud Tigieg u flieles u anki s-serduk
Dan il-hsieb f’mohhu Frangisku kien car Li nergghu mmorru bil-hsieb f’dak in-nhar Inwarrbu minn mohhna l-hafna duhhan Li taf toffrilna l-hajja bla rahan.
Dak li qed jigri lilna wkoll illum Qed nahsbu f’elf haga anki f’dal-jum Mohhna x’se nilbsu u x’se nakkwistaw U nwarrbu minn qalbna l-isbah rigal.
Ejjew issa nkomplu flimkien ma’ Frangisk il-grajja ta’ Greccio ghax hemm hu l-imkien Fejn dan il-fqajjar mill-hafna tlellix Sab ir-rigal veru ta’ Gesu’ Bambin.
Il-habib Gwanni haseb ukoll Biex isib mara taghmilha ta’ l-Omm Ghax ghal Frangisku ma jistax ikun, Marija fil-presepju mehtiega dazgur.
U ma nesiex lill-mastrudaxxa Ukoll lill-Hallieq b’imgibtu kien paxxa, Ghalhekk b’Guzeppi b’harstu hanina Poggieh hdejn Marija biex lil Ibnu jurina.
Gewwa l-maxtura f’nofs il-ghar sewwa bambin zghir ghamlu mimli bil-hlewwa dan kompla ghen biex il-migemgha terfa’ ghajnejha hemm lejn is-sema.
Il-lejl mistenni kien qorob gmielu Greccio kien qisu bhal Betlehem iehor Kien jonqos biss li s-Sinjur tat-tjieba Jiftah ghal fuqhom tal-genna l-bieba.
Ma ninsewx insemmu ‘l hut Frangisku Libsin it-tonka u hafjin bhal Kristu Dawn kienu hemm kollha migbura F’id wahda kellhom fanali mixghula.
Wasal il-hin li tibda l-funzjoni Il-kant u l-qari u l-purcissjoni Bhal din tal-lum li b’attenzjoni Kull wiehed minna b’dil-grazzja moghni.
F’nofs ta’ lejl kiesah u bi ftit dawl Bdiet il-quddiesa fost ferh u kant Frangisku d-djaknu mimli umilta Kanta l-Vangelu b’ferh kbir mill-qalb.
Kien imiss lilu, wkoll dak in-nhar Li jaghmel hsieb xieraq, minn go dak il-ghar Hu tkellem hafna fuq l-Ghani tal-Hniena Li tana lil Ibnu, u hekk huwa fdiena.
Meta kien ilissen l-isem ta’ Gesu’, Qalbu mimlija bil-ferh kienet tkun, U dawk kollha li kien hemm biex jarawh Rawh lil Frangisk jiggosta dan il-fatt.
In-nies hemm prezenti lkoll xhieda jaghtu Li lill-Bambin haj, il-gemgha dlonk ratu Jjitbissem u jhares ‘il fuq lejn minn baghtu Fil-hdan ta’ Frangisku, dan ahna ghadna nafu.
Frangisk sar maghruf sewwa minhabba dan il-fatt Sa anki hawn f’Malta minsi m’hu qatt l-aktar mitt-tliet beati li habbewh f’din l-art U int Gesu Bambin lil dawn hbiebna kabbart.
Il-Beatu Nazju l-kjerku, kien terzjarju Frangiskan Dan ukoll habb din il-festa, li tant ghamiltu ferhan Kien spiss jitlob u jfahhar lil Alla kbir Setghan Ghax ghogbu fi tjubitu, lil Ibnu jibghat hawn.
Il-ferh dal-Beatu kien jaqsmu mal-Maltin ukoll kien jlaqqa’ lil Kristu, ma’ hbiebu l-bahrin. Ir-ruzarju ghenu hafna, biex jghix dejjem il-Milied, Din it-talba huwa qalha, ma’ kulhadd u kullimkien.
Hemm imbaghad Adeodata, ta’ San Pietru l-monasteru Li fis-skiet u s-solitudni, qaghdet tahseb fuq dal-misteru, Tul iz-zmien ta’ hamsin sena, Betlehem kienet dejjem f’qalbha Ghax minn hemm hija tghidilna, Gesu’ dejjem jismaghha.
Kotran kien ix-xoghol, li wettqet din il-beata sagristana u infermiera, u anki purtinara, hajjitha hija qasmitha fil-hidma u t-talb imhegga mill-ferh u s-sahha, li l-Bambin jaghti fil-qalb.
Il-Beatu Dun Gorg Preca, ghen hafna f’din il-festa Dik l-ghaziza purcissjoni, bil-bambin huwa kien lesta bid-dawl tal-fanali, mar-rahal kollu jduru is-socji u l-prefetti fuq wicchom il-ferh juru.
Il-Beatu Dun Gorg Preca, kellu ghal qalbu l-Bambin U ghalhekk huwa rsista, biex irawwem tfal tajbin Kemm jghallmuna u jwissuna, tal-muzew nisa u rgiel Harsithom dejjem huma jitfghu, fit-tarbija kollha gmiel.
Frangisku Nazju u Gorgi, llum ilkoll fakkarna U maghhom Adeodata, ahna nistednuhom f’darna. Dawna kollha jghidulna, biex inhobbu lil Bambin Mhux illum jew ghada, imma tul kemm nghixu snin
Issa ahna lkoll f’din il-Knisja lkoll migburin gejna biex inkomplu dak li ghexu dawn il-hbieb jalla li bhalhom ahna, b’Gesu’ inkunu ferhanin u meta nohorgu minn hawn inkunu Nsara mheggin.
L-Imhabba mhix mahbuba kien jghid spiss Frangisk Kif kien jara l-Insara hekk tant mitluqin Ghax hafna kienu dawk li jmorru ghall-quddies Imma dawn kienu dejjem mal-Bambin bil-qies.
Ejjew ahna ilkoll nies twajba tal-Bambin Induru lejn Alla li jghin dejjem lit-tajbin Nitolbuh li lilna lkoll f’dan il-lejl Qaddis Jaghmilna lkoll tieghu sajjieda tan-nies.
Jalla bl-imhabba taghna ahna nkunu ta’ xhieda U dejjem ta’ Gesu’ bambin ahna naghmlu r-rieda Biex hekk bhala poplu lkoll migburin Inkunu nistghu nghajtu: “Viva Gesu’ Bambin!”
Patri William Bartolo OFMConv. Valletta - Settembru 2003
Din hija l-Prietka tal-Milied f'ghamla ta' poezija li saret mit-tifel qabel il-Quddiesa tal-Lejl tal-Milied 2003 fil-Knisja ta' San Frangisk il-Belt Valletta. Valletta: 28.12.2003 |
Poezija ta' Patri William Bartolo OFMConv
|
|