Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


L-Ordnijiet Religjuzi


ta' Wallace Gulia


L-Ordnijiet Religjuzi

 

U mhux Frangisku biss tganqal u tnebbah:

     Qrib zmienu wkoll, kien hemm uhud ohrajn

     Li mtlew bil-hegga tas-smewwiet, gwenhajn

Ta' 1-Ideal il-kbir li r-ruh isebbah

 

Fittxew u trazznu; tghallmu l-hsieb li trebbah

     Fuq ta' did-dinja ta' madwar it-tajn,

     Li rifsu lkoll bil-hegga tas-saqajn;

U n-nies bdiet lilhom tfantas, tqim u xxebbah:

 

Hargu d-"domini canes" jippridkaw;

     L-Agostinjani ndahlu ghat-taghlim;

It-Terezjani tghakksu u mmeditaw;

 

U mill-gdid fl-Indja xandruh il-Gizwiti:

     W ohrajn bla ghadd isimhom mhux tat-tim, Stqarrew bla biza' xejn, kburin, il-Fidi.

 

Wallace Gulia

 


Din il-poezija gie moghodija lil dan is-site permezz ta' l-email minn persuna li jhobb lil San Frangisk. Dehret wkoll fil-Ktieb ta' l-awtru, ... U Alla Deher lill-Bniedem, Poema Eroiku u Teofaniku, Sensiela Ktieb tax-Xahar Nru: 171, Klabb Kotba Maltin, 1990, 97.

Valletta: 28.12.2003


 

Poezija

ta'

Wallace Gulia