|
Poezija Frangiskana |
|
|
Zaghzugh Kapuccin ta' Patri Wistin Attard OFMCap. Zaghzugh Kapuccin
Rajt il-mixja ta' riglek hafifa, Hsiebi ttajjar lejn Fqajjar qaddis; Rajt fuq fommok tbissima nadifa Thaddan kollox, ghax kollox ghaziz.
Rajt iz-zghazagh tingabar madwarek Bhalma n-nahal ma' l-ghasel idur; rajt id-dija tax-xemx tinfed xaghrek, Nghid li jheggek hemm lehen mistur!
Il-Mulej li hemm go harstek, Il-Mulej li qieghed hdejk! L-hena jfawwar minn go qalbek Jghidli nersaq aktar lejk.
Rajtek tkennen f'idejk fjura rzina Mill-irjieh, u tisqiha ferhan; Rajtek twiezen hamiema miskina Taghti 'l ruhha midruba s-serhan.
Smajt il-hlewwa li tghaxxaq ta' l-ghana Tielgha tfewwah fuq gwienah l-ghasfur; Smajt il-hsejjes ta' qalbek herqana, Nghid li jheggek hemm lehen mistur!
Il-Mulej li hemm go harstek, Il-Mulej li qieghed hdejk! L-hena jfawwar minn go qalbek Ha lil qalbi gewwa idejk!
Patri Wistin Attard OFMCap.
Din il-Poezija dehret fil-ktieb ta' Wistin Attard OFMCap., Qtar ta' Nida, Provincja Kapuccina Maltija, 1992, p.37. Valletta: 3.12.2003 |
Poezija ta' Patri Wistin Attard OFMCap.
|
|