Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Ghajna tal-Hlejjaq


ta' Patri Albert Sammut OFMConv.


Il-Ghanja tal-Hlejjaq

 

Snin ilu ktibt u ktibt;

ma niftakarx

kinitx il-kitba ta' jum wiehed, wahdu,

inkella t' iktar

ghax m' ghandi minnha xejn hawn taht ghajnejja.

Snin ilu ktibt;

sebbaht, fahhart il-hlejjaq.

 

Li kieku kelli nsemmi dik il-gabra,

naghzilha ghaliha w'hedha,

nista' nsejhilha b' isem joqghodilha:

L-Ghanja tal-Hlejjaq.

Semmejthom wahda wahda,

ghad li mhux kollha kollha.

 

Ma thabbathiex

ma' dik il-Ghanja l-ohra

li kiteb u ghanna il-Qaddis tal-Faqar.

Niftakar hassejt qalbi tfur u tikber

mal-kliem li beda hiereg u jissensel

biex fisser hsebijieti.

Hassejtni nersaq lejn il-hlejjaq t' Alla;

t' Alla ghax ghamilhom hu.

Hassejtni nersaq lejhom, nghoddhom huti,

ghax Alla ghalija ghamilhom.

 

Tghallimt inhares lejhom b' ghajnejn godda;

tghallimt naqra surethom;

tghallimt nifhem mixjethom;

kxift x' hemm f' kull wahda minnhom

u hassejtni nistaghna.

Ala, Missierna, qassamhom biex jilhaqna bihom kollha.

 

Ghaliex illum bilkemm inharsu lejhom

sabiex narawhom kif ghamilhom Alla,

jekk mhux biex immaqdruhom jew nahluhom?

il-hlejjaq biex jghallmuna;

biex nghixu iktar ta' bnedmin, kif jixraq.

 

Ghaliex m' inix il-bniedem li jrid Alla?

Ghax sura biss ta' bniedem?

Ghax nidher biss li bniedem?

U bniedem ghax twelidt?

Ghax hekk ghamiltni ommi?

U jiena?

Mela x' jien naghmel nghix?

 

Irrid nerga' niftakar li kien tieghi;

u zzid l-ghanja ta' dari,

ghax maghha nizdied jien

u noghla 'l fuq.

 

Patri Albert Sammut OFMConv

Ruma - 21 ta' Frar 1968

 


Din il-poezija dehret fil-Ktieb ta' l-awtru b'psewdonomu AB-el Kieni, Ilqugh fil-Migra, Il-Poezijiet, Vol I, V & G Sammut, B'Kara 1974, 96-98.

Valletta: 3.12.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Albert

Sammut

OFMConv.