|
Poezija Frangiskana |
|
|
L-Ghanja tal-Hlejjaq ta' Patri Wistin Attard OFMCap. L-Ghanja tal-Hlejjaq
Ismaghhom l-aghsafar x'jghajtulek, Missier il-poeti f'kull zmien; Ismaghhom il-hsejjes kotrana Ta' l-ilma jitkaxkar fil-gnien!
Fuq gbinek tizzieghel il-bewsa Li titla' minn fommhom f'kull hin. Ghafasthom ma' qalbek bhal hutek U baqghu ma' drieghek mghannqin!
Il-Qamar u l-kwiekeb leqqiena Li jsebbhu l-iljieli sajfin, Ix-xemx kollha dija herqana Li ddawwal lil qlubna dghajfin,
Ir-rih li jiggerra fil-frieghi Li jqajjem min-nghas lill-holqien, In-nar li jheggigna fit-telqa U jghaqqad fehmitna flimkien:
Jaghtuk, o Frangisku, fohrija, Kif inti tajt lilhom fuq l-art, Jinsgulek ghanjiethom qawwija Kif fuqhom ghanjietek sawwart, Minn qalbek, ta' bjuda smewwija, Kull hliqa bi gmielek fawwart!
Patri Wistin Attard OFMCap.
Din il-Poezija dehret fil-ktieb ta' Wistin Attard OFMCap., Qtar ta' Nida, Provincja Kapuccina Maltija, 1992, p.82. Valletta: 3.12.2003 |
Poezija ta' Patri Wistin Attard OFMCap.
|
|