|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk ta' Assisi Missier ta' hafna Qaddisin ta' Patri Dumink Bonello OFMConv San Frangisk ta' Assisi Missier ta' Hafna Qaddisin
Sliem ghalik, Qaddis Missierna, li l-Mulej ghazlek ghalih: hallejt kollox ta' did-dinja, u sa l-ahhar zammejt shih.
Hafna riedu jghixu bhalek, u rnexxielhom verament; dhalt ghalihom int mis-sema, waqaft maghhom f'kull mument.
Tqaddsu bhalek u dlonk kisbu, dak il-premju tat-tajbin; flimkien mieghek 'l Alla jfahhru mal-qtajjiet tal-qaddisin.
Santa Klara bik jien nibda, ghaliex int l-ewwel li jmiss; inti gejt ikkonsagrata, sabiex tghix ghal Alla biss.
Fra Elija ta' Kortona m'hux maghdud mal-qaddisin, madankollu hemm min fahhru u mar qieghdu mal-henjin.
Sant'Antnin qaddis kbir iehor, bniedem mimli b'virtujiet San Frangisk riedek biex tghallem lil uliedu l-patrijiet.
Il-Qaddis ta' Banjuregju mexxa l-Ordni b'ghagal kbir; Kardinal u Isqof lahaq, m'huwiex le dan xi ftahir!
San Guzepp ta' Kopertinu, il-qaddis tat-titjiriet, protettur ta' l-istudenti, jitolbuh fl-ezamijiet.
Il-Qaddis li lkoll niftakru m'huwiex hlief Massimiljan; biex mill-mewt missier isalva, hajtu ta ghal dan il-ghan.
Xtaqt li kieku nkompli l-lista ta' dawk hutna qaddisin: Izda x'naqbad jiena naghmel ghax wisq twila hija din!
Nieqaf hawn u lil Missierna, dan nitolbu jien bil-qalb: Hares l-Ordni, hares lilna, ilqa' tieghi dan it-talb:
P. Dom. Bonello OFMConv Ghawdex: 27 ta' Settembru 2003
Din il-Poezija waslet ghandna bil-posta minghand l-awtur innifsu. Valletta: 1.12.2003 |
Poezija ta' Patri Dumink Bonello OFMConv
|
|