|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk t'Assisi poezija ta' Carmelo M. De Sani Tifkiriet tal-Hajja tal-Patrijarka San Frangisk t'Assisi Ghall-Festi tas-VII Centinarju mill-mewt 1226-1926
Fl-ghadd ta' Kristu s-sena kienet Elf mija tnejn u tmenin Jum il-Hadd gewwa Assisi F'Settembru sitta u ghoxrin Jum ta' ferh u tant sabih SAN FRANGISKU twieled fih.
Minn Familja bosta nobbili Mill-missier kemm tant mill-omm L-omm fil-biza' t'Alla kienet Lil Frangisku hija zzomm Triq is-sewwa hi turih Il-Biza' t'Alla sehh fih.
Xebh ta' Kristu t-twelid tieghu Ghax hekk ghogbu l-Hanin Alla Ghad li kien bhan-nies wisq ghonja FRANGISKU twieled fi stalla Fuq ftit tiben fl-istess hin Sew hu twieled bhal Bambin.
Fejn dal-lok tat-twelid tieghu L-omm mis-sema mnebbha giet Permezz t'anglu mibghut mn'Alla Biex l-istalla Knisja nbniet Ghal din l-opra tal-Qdusija Hekk l-istalla giet mibnija
Ghadda z-zmien fuq das-serv t'Alla Ra lid-dinja kollha frugha Ra lill-ghadu li ried jirbhu B'kemm fl-infern hu ghandu kruha Ma FRANGISK jirbah irid F'Alla biss isib kull gid.
Talab 'l Alla kull ghajnuna Sabiex huwa f'dak iz-zmien Ordni jwaqqaf Religjuz U xerrdu ma' kullimkien Alla sama' t-talba tieghu Tah il-grazzji, waqaf mieghu
Ghall-Imhabba tal-Kbir Alla Lilu jitlob granet shah Il-Pjagi ta' Gesù Kristu Din il-grazzja Alla Tah Bihom Alla kien urieh Li fuq l-ghadu kien rebbieh
Bl-akbar sabar minn ghand Kristu Qala' l-Pjagi tar-riglejn Bl-umiltà u kbira mhabba Huwa ha fl-imqaddsa idejn. Bil-pacenzja u kbir talb Anki l-pjagi ha tal-qalb.
B'dawn il-pjagi l-Kbir Serafiku Mhabba t'Alla sehhet fih Ikkumbatta aktar l-ghedewwa U fuq l-ghadu gie rebbieh, L-Ordni kompla xerred fis Kullimkien dal-Kbir Qaddis.
Malta kellha wkoll ix-xorti Kellha wkoll il-kbir unur Li s-Serafku minn t'Assisi Lilha huwa jigi jzur Fejn hawn halla 'l min kien mieghu Sabiex waqqaf l-Ordni tieghu.
Qabel telaq ghall-Afrika Hawn fil-gzira huwa halla Hu kmand ta lil ulied tieghu Biex kunvent hawnhekk jittalla' L-istorja li ma tizbaljax Sew kien f'elf mitejn dsatax
Kif l-Appostlu Missier taghna Lid-dixxipli tieghu halla Sabiex dawn ikomplu jsahhu F'din il-gzira l-Kelma t'Alla San FRANGISK bhal Missier taghna Lil uliedu halla maghna.
'Mma l-Kbir Alla wara hajja Ta' kbir xoghol u kbir fervur Ghogbu jsejjah lil FRANGISKU F'dak il-lok ta' kull unur Minn tal-glorja u kull sbuhija Li hu mimli b'kull qdusija.
Kien sew l-erbgha ta' Ottubru F'elf mitejn sitta u ghoxrin B'mewt Glorjuza fi hdan Alla Hu sejjahlu mat-tajbin Int lil Alla itlob ghalina Nitolbuk tiftakar fina
Harsa aghti Kbir Serafiku San FRANGISK Missier hanin Fuq dil-Gzira tant mahbuba Itlob int ghall-midinbin Biex mill-hemm inti tharishom Mieghek hudna mat-tajbin.
Carmelo M. De Sani Malta: 1926
Dehret f' il-Habbâr ta’ S. Antnin ta' Padova, XVI-il sena, no.11 Novembru 1926, 252-254. Valletta: 27.11.2003 |
Poezija ta' Carmelo M. De Sani
|
|