|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk t'Assisi ta' Carmelo Psaila San Frangisk t'Assisi
Pellegrin dejjem jiggerra Nesa d-dinja, nesa l-hbieb 'l Alla jbierek 'l Alla jfahhar Kien minn tieghu biss il-hsieb.
Xkora libes hwejgu rema Kien mixghul bil-Karità Lill-fqajrin qassam fis hwejgu Ghall-gieh t'Alla kollox ta.
Hafi jigri u jithabat Spiss jissawwat bla moghdrija Qatt ma gieb hniena lil gismu Ruhu safja minn kull htija.
Lejl u nhar dejjem jittallab Sofra nsulti u zeblih F'din is-sura minn tal-hniena Gieli dahqu in-nies bih.
Minn qatt huwa dan il-bniedem Li b'eccess ta' Karità Gidu kollu b'heffa kbira Ghall-gieh t'Alla l-foqra ta?
Dana huwa l-Fqir t'Assisi Mixghul f'qalbu bl-aqwa nar Fuq il-ghola ta' l-Alvernja Qalb is-skiet ighammar mar.
Oh, kif xeghlet fih l-imhabba Erbghin jum irtirat dam Hemm mar zgova mhabbtu m'Alla F'dan iz-zmien ukoll hu sam.
Fost dil-hemda mis-smewwiet Serafin jinzel ghal hdejh B'raggi fera lill-Kustat Lil idejh u lilriglejh.
Mahrug barra minnhu nnifsu U mibdul kollu kemm Hu Oh Kbir ghageb; gie Frangisku Vera xbieha ta' Gesù
Fih stampati l-pjagi mqaddsa Staghgbet l-art, staghgbu smewwiet L-umiltà tal-fqir t'Assisi fl-akbar glorja mwassla giet.
Hollu lsienkom gnus tad-dinja U hajr roddu lill-Kbir Alla Li fil-glorja tant sublimi Lil Frangisku mar italla'
Ghal xoghol qawwi mar ixtehed Mikbus f'qalbu bl-akbar hrara Hekku nfatti b'ferh imqaddes Gibed lejh lil Santa Klara.
U lil din, u lil nies ohra, Gmiel id-dinja marret tnissi U taghlaqhom f'abatija Hekk sar l-Ordni tal-Klarissi.
It-Tliet Ordni gie imwaqqaf U fih dahlu sal-Papiet Wisq renjanti ahna nsibu Nsibu maghhom Isfqijiet.
X'jiswa x-xettru ta' Erodi Jew il-mant ta' Salamun Hdejn il-libsa ta' Frangisku U il-fqir tieghu kurdun.
Wara hidma tassew kbira Wara hajja ta' qdusija Il-Kbir Alla lil Frangisku Mar isejjah fid-dgawdija.
Carmelo Psaila Hal-Qormi - Malta
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXVIII, no. 10, Ottubru 1938, 219. Valletta: 29.11.2003 |
Poezija ta' Carmelo Psaila |
|