|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk poezija ta' F. S. Caruana San Frangisk Lil huti, ulied Frangisku
I Min jista' tal-kobor hjiel sew imur jaghti? Min jista' kbir ghageb ikanta 'l-bnedmin, Bla jnaqqas il-kobor, bla jitfi s-sbuhija? Kif nista' hjiel naghti tal-Kbir Serafin!
Hjiel qawwi li joqghod ghall-Kbir wlid il-bniedem! Ghax kbir, kbir mill-ikbar kien dan il-Werrej, Li gabar lid-dinja, mexxieha ma genbu Ghat-triq illi twassal fi hdan il-Mulej.
II Imwieled bhal Kristu. Hu stess cahad hwejgu, Ma riedx li f'tad-dinja biss jahseb ghal ftit X'hin ra taghha l-frugha; ma riedx joqghod fiha; U ghad li kien fiha, wisq minnha kien bghid.
Imlibbes bi xkora, biss habel ma' qaddu, Jitqabbad mal-igbla, jiggerra gol-wied, U jghanni hajr 'l Alla u jitghaxxaq b'ghemilu Fid-dawra tal-hajja, fid-dawl tas-smewwiet.
III U gabar bhal Kristu sew tnax-il habrieki Li bhalu ghad-dinja dawn riedu jirtmew, Biss riedu li jkunu gid 'l ghajrhom xi haga, Filwaqt li mill-frugha tad-dinja jinhbew.
Imnebbah Frangisku jitghannaq ma' dawna L-ewliena wlied tieghu, u itihom l-irbit Ta' Reg'la hafifa daqs kemm hi tal-ghageb Lid-dinja tat qawwa ghall-ehrex taqbid.
IV Frangisku jinxtehet fl-altar ta' Marija Fil-Knisja ta' l-Angli mitluf minn sensieh! Oh ghidli min jista' x'hass f'qalbu Frangisku X'hin talab 'l Uliedu jitkattru bis-shih,
Nisthajjel li nfethu s-Smewwiet bhalma darba U deher Alla innifsu, u mar jghidlu: Inhtart Minn dejjem, Frangisku, li jkollok uliedek Daqs kwiekeb fis-sema, daqs ramel fuq l-art.
V Uliedu tant kotru: bhal kwiekeb gos-Sema Mit-TLIETA li waqqaf 'l hemm taru fl-eluf; U mzieghda l-art kollha bl-ulied ta' Frangisku: L-art kollha b'uliedu mimlija sa t-truf.
Frangisiku issa hieni li waqqaf it-TLIETA, Xejn izjed ma jonqsu, xejn izjed ma jrid, Biss haga fadallu, biss haga jrid jara, Ghall-Wemna ta' Kristu ta' demmu t-tixrid.
VI 'Mma s-Sema le seddqu: ghad illi l-martirju Ghal Kristu jrid jiehu m'n idejn l-imhammdin, Mizmum lura jigi, mibghut lejn pajjizu Biex hemm jizra' l-Kelma u jxandar id-Din.
Imgharras mal-faqar, Frangisku jiggerra b'ilbies it-tbatija biss sandli f'riglejh, U jaghkkes lil gismu u jcahhdu minn kollox U jbati bid-dahka, bil-hena f'haddejh.
VII Bid-dahqa fuq fommu, lil hutu l-ghasafar Ikellem bil-hlewwa li tghaxxaq lill-qlub; U jgibhom ghal idu, jrazznilhom il-qilla, Igib bhal nghag gwejda lil hutu l-ilpup.
'Mma dawn lanqas hwejjeg: ghasafar lil hutu Igibhom jittajru madwaru mghaxxqin, Mitlufa bi kliemu, bhal nghag l-izjed gwejda, Nies l-ehrex, igibhom mid-dnub soghbijin:
VIII Kien xbieha ta' Kristu: fl-Alverjna fuq l-igbla Jitbiccer kien qieghed x'hin deher fis-smewwiet Kbir Anglu minn t'Alla mislub bhala l-Iben, Dehritu hekk tfakkar f'wisq kbar gheg'bijiet.
Intilef Frangisku, sakemm ma rahx izjed. 'Mma ntebeh li idu ma' riglu u l-kustat Infethu bil-Pjagi. U hekk Ghageb ried jahbi, - Da' x-Xbieha ta' Kristu - u hekk kbar ugighat.
IX B'wicc hlewwa li jghaxxaq, il-Fqajjar t'Assisi Mixhut b'gismu mbiccer bi kbar tbatijiet, Lid-dinja li cahad, qed issa jhalliha: Frangisku, ga kesah: Frangisku ga miet.
Miet iva Frangisku. Hallihom 'l Uliedu F'dal-wied ta' dmugh hajjen. 'Mma baqa' kull hin Ihares m'n hemm lejhom imxerrda mad-dinja: Jghix iva Frangisku, f'qlub kollha l-bnedmin!
F. S. Caruana Malta: 1921
Dehret f' il-Habbâr ta’ S. Antnin ta' Padova, XI-il sena, no. 10-11 Ottubru -Novembru 1921, 201-202. Valletta: 24.11.2003 |
Poezija ta' F. S. Caruana
|
|