|
Poezija Frangiskana |
|
|
Nitolbu ghall-Paci ta' Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. Nitlobu ghall-Paci
Nitolbu ilkoll huti nitolbu bl-akbar hrara ghaliex bhala Insara jehtieg isir it-talb: nitolbu lill-Kbir Alla sabiex ihenn ghalina il-PACI fis jaghtina nitolbu lkoll bil-qalb.
Nitolbu mela huti Nitolbu lkoll bil-hniena Lil Dak li b'demmu fdiena fuq l-ghuda tas-Salib; sabiex bilgri jehlisna fuq kollox iharisna mill-gwaj li fih ninsabu u Paci fis igib.
Nitolbu iva huti Lix-Xbejba minghajr htija Lil dik Ommna Marija Omm dak Gesů Bambin; sabiex taqbez ghalina quddiem l-Iben minn taghha u Dan sigur jismaghha ghad 'l ahna midinbin!
Nitolbu ukoll huti 'l-Appostlu tal-Gentili li sabna tant fidili x'hin ilqajnih ilkoll; sabiex minn gewwa l-genna harsa helwa jaghtina "Missierna henn ghalina harsilna dan l-iskoll".
U lilek o FRANGISKU Missier ta' l-Ordni taghna mis-sema wkoll ismghana harsina minn kull hemm; ftakar li ahna wliedek thallix li hekk bil-herra f'edin il-harxa gwerra jixtered izjed demm.
U lejk fl-ahhar induru o gilju ta' sbuhija o ghageb ta' qdusija ta' Padwa SANT'ANTNIN, fis idher quddiem Alla indahal Int ghalina itolbu biex jaghtina il-Paci minn dal-hin.
Nitolbu lkoll ghall-Paci 'l Alla ta' kull Qdusija lil Kristu, lil Marija u 'l dawn il-Qaddisin; Nitolbu b'qalbna kollha nuru li ahna Nsara u zgur li minn kull hsara fis nigu mehlusin!
Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. 1919
Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena Iv, nru 12, Dicembru 1914, p. 363. Valletta: 24.11.2003 |
Poezija ta' Fra Gusepp Sciberras Terzjarju Frangiskan
|
|