|
Poezija Frangiskana |
|
|
Lil San Frangisk ta' Assisi f'Jum il-Festa tieghu 4 ta' Ottubru 1919 ta' Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. Lil San Frangisk t'Assisi
Il-Missier taghna Frangisku Ta' Gesù insibu xbieha, U Missier hanin tal-foqra Devot kbir minn ta' Marija.
Kif l-ghedewwa infernali Qatt ma hrigthom rebbiehin, Hekk ukoll ghallimna naghmlu Lilna wliedek ta' kull hin.
Sew kif Sidna Gesù Kristu Ried li f'gismu pjagi jgib; Deh! ghallimna li bis-sabar Mn'idejh niehdu kull salib.
Fejn int qieghed gewwa s-sema O missier itlob ghalina, lil dik l-Omm sajfa bla htija Biex tiftakar dejjem fina.
Illum iva Missier taghna Jum li jfakkar il-mewt tieghek Naghtuk gieh, u nfahhruk nibqghu Sakemm nigu l-Genna mieghek.
Wicc imb'wicc lilek ingawdu Ahna wliedek ghalenija, Hemm infahhru dejjem nibqghu lil Gesù u lil Marija.
Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. 1919
Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena IX, nru 10, Ottubru 1919, p. 231. Valletta: 15.11.2003 |
Poezija ta' Fra Gusepp Sciberras Terzjarju Frangiskan
|
|