Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Pjagi ta' San Frangisk


ta' Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan.


Thejja ghall-Hamest Ihdud

tal-Pjagi ta' San Frangisk

 

Derhet kwekba misterjuza

Fit-twelid minn tal-Bambin,

Sabiex taghti dawl lill-Magi

Turi t-triq ghal fejn sejrin.

 

X'hin go Betlem dawna waslu

Rawh gol-grotta f'dak il-bard;

Baxxew rashom gharkubbtejhom,

f'riglejh xtehtu wicchom fl-art.

 

Gharfu hawn il-kbir misteru

Damu hafna jadurawh,

Ma setghux jinfirdu minnu

Stejqret qlubhom malli rawh.

 

Dawn kemm setghu hadu maghhom

Mirra, deheb u Mingwin,

Biex juruh sottomissjoni

Li tisthoqqlu mill-bnedmin.

 

Illum nilmah Hames kwiekeb

Kull sbuhija tiddi fihom,

Imdawrin bil-ward u l-gilji

Ma tistax ma tifrahx bihom.

 

Malli deher qrib Settembru

Kif iffacca sew iz-zrieq

Henna 'l Frangiskani kollha

Ghaliex minnhom wisq mixtieq.

 

Dawn il-Kwiekeb lilna jfissru

Hames Hdud bit-tifhir taghhom,

Moghtijin lill-Kbir Frangisku

Biex kulhadd imur jismaghhom.

 

Isaw mela mmorru l-knisja

Biex nisimghu l-hajja tieghu

Hemm naraw kemm kellu jbati

Sabiex Kristu hadu mieghu.

 

Darba wahda l-Anglu t'Alla

Lil San Pietru ghamel zjara,

Mar gol-kalzri, ktajjen farrak,

Sabiex lilu mehlus jara.

 

Ahna ghandna lil Frangisku

Dan mill-ktajjen lilna jholl,

Dawk il-ktajjen ta' dnubietna

Li mad-dnub rabtuna lkoll.

 

Meta naghmlu dawn il-Pjagi

Jara fina d-devozzjoni

Minghand Alla jaqaghlalna

L-aktar gid tal-konverzjoni.

 

X'hin il-qlub f'qalb wahda jara

Kollha f'salt hawn imbiddlin,

Ma jistax ma jghidx, u jtenni:

"Dawn uliedi l-mahbubin.

 

 

Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan.

1 ta' Settembru 1916

 


Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena Vi, nru 9, OSettembru 1916, p. 264.

Valletta:  14.11.2003

 


 

Poezija

ta'

Fra Gusepp

Sciberras Terzjarju Frangiskan