|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk ta' Assisi ta' Giovanni Carabez Lil Kbir Patrijarka San Frangisk ta' Assisi fl-4 ta' Ottubru 1915
Nibet fjur b'kull bjuda mzejjen Minnu xerred l-ohla fwieha; Biex il-gmiel fih dejjem joktor, Ragg tefghitlu x-xemx sabiha.
Dejjem baqghet fih il-bjuda Lilu r-rih ma nixxef qatt: Ghalkemm kien bix-xewk imdawwar Baqa' l-ghaxqa ta' kulhadd.
Alla nnifsu minn gos-sema Bl-ohla nida mar saqqieh; Fost in-nwar tal-qasam tieghu Ried li jkun l-izjed sabih.
Deh, min hu dal-Fjur, o Angli? Li twegbuni nitlob fis; - Hu Frangisku habib t'Alla, Patrijarka, Kbir Qaddis.
Sa mill-bidu minn ckunitu Kien imzejjen b'kull virtù Hajtu kollha ried li jghaddi Tixbah wisq lil ta' Gesù.
Lir-ruh tieghu, bhal ta' Anglu Dejjem zamm fl-akbar indafa; Ghalhekk sthaqq li minn dil-hajja Spiss lejn Alla kien jintrafa'.
Bl-akbar hrara hwejgu u gidu Lill-fqajrin tah Karità; U biex joghgob f'kollox 'l Alla Ruhu zejjen bl-umiltà.
Nar ta' mhabba lejn il-proxxmu Jixghel f'qalbu dejjem kien. Biex ghal Alla l-erwieh jirbah Kien jipprietka kullimkien.
Martri kien bil-penitenza, Jixtieq dejjem kull tbatija; B'ferha kbira l-pjagi laqa' Bihom sar xemx tal-qdusija.
Fl-oghla tron l-isbah kuruna Lilu xieraq tkun moghtija Mill-Kbir Alla hemm fis-Sema Bhala hlas ta' kull tbatija.
Ahna bik, Frangisku mghaxxqa U f'dal-jum tant ferhanin, Gieh u glorja lilek naghtu L-akbar fost il-Qaddisin.
Int il-kewkba sebh tal-Knisja, Minn ta' wliedek kbir unur, F'qalbna nghozzu l-isem tieghek, O tal-Genna l-eghzez Fjur!
Giovanni Carabez 1 ta' Settembru 1915
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena V, no. 10, Ottubru 1915, p.307. Valletta: 13.11.2003 |
Poezija ta' Giovanni Carabez
|
|