|
Poezija Frangiskana |
|
|
Malta lill Fqajjar ta' Assisi ta' Patri Guido M. Micallef OFMConv. Malta lill Fqajjar t'Assisi Fil-Jum Ghaziz: 4 ta Ottubru li jfakkar is-Sebgha Centinarju tal-Mewt Ghaziza tieghu (1226 - 1926)
Tifhir
O Frangisku, bhal kewkba bid-dija Illi xxerred id-dawl fost dlam ikrah, Inti dhirt qalb il hlejjaq mifdija Sabiex thabbar hajja ohra wisq isbah. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
Ghal kull zina u ghadab ta' zmienek Illi bihom is-sensi tithenna, It-tniddiba kont tohrog mill-ilsienek U nibbidt gilji bhalek ghall-genna. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
Int dejjem kont tghid li l-imhabba Hi biss li torbot il-hlejjaq kollha, li kull ruh, biex ma ikunx li tittabba, Fiha l'mahfra jahtieg tron ikollha. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
Bl'umiltà li wrejt, hlejjaq tissahhar Jilmhuk kollok mixrub, tgholli s-sewwa, Lejk migbuda u lilek tmur tfahhar, Missier - tghidlek, bil-lehen ta' hlewwa. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
B'coqqa mlibbes u mhazzem bil-habel Ridt titgharras mal-Faqar ta' Sidna; Qatt ma deher ghageb hekka zmien qabel Int mudell tibqa ghall-ahhar uliedna. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
Bhal Gesù l-pjagi kellek iggarrab, Ghaliex bhalu ghozzejt it-tbatija, Waqt li kont qieghed f'lok gholi mwarrab, U fit-talb ruhek kienet mehdija. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
Mixhut fl-art inti fl-ahhar tal-hajja, Bl-irmied mghotti fost angli ferhana Bil-kant helu dawn gejja bil-qtajja Biex b'fohritek ghal dejjem tistaghna. Ta Gesù verament int ix-xebh, Lill qlubna ixghel biex naslu fis-sebh.
F'riglejk Malta tinxtehet bil-qima, F'dal jum Lilek tmur tfahhar ferhana, Lilek tati min qalbha t-tislima B'Missier taghha tmur tahtrek dahqana. Biex il-barka u l-gid ta' gos-sema, Fuqha dejjem jissawwab, jirtema.
Patri Guido M. Micallef OFMConv. Malta, 1926
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XVI, no. 10, Ottubru 1926, p.228/9 Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Patri Guido M. Micallef OFMConv.
|
|