Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Frangisku ta' Assisi


ta' Giovanni Carabez


Lil Kbir Patrijarka

Frangisku ta' Assisi

fl-ewwel xahar tas-7 Centinarju tal-Mewt tieghu

(1226 - 1926)

 

Qalbna mhegga b'nar ta' mhabba

   B'qima kbira migburin,

Flimkien naghtu kull fohrija

   Lil Missier ta kull fqajrin;

Li xemx deher ta kull tjieba

   Biex dawl ta lilna bnedmin.

 

Int Missier, Int Patrijarka,

   Ta' tliet Ordni fundatur;

Int ta' Kristu xbieha hajja,

   Ta' l-indafa l-isbah fjur

Deh, fit-tjieba ilkoll mexxina

   Biex b'imhabbtek qalbna tfur.

 

Min jistqar lilek b'Missieru

   Int izzejnu bil-virtù,

Ghalhekk ahna sirna wliedek

   Biex inghejxu ghal Gesù

Ruhna nzejna bil-qdusija

   Sew kif minnha jitlob hu.

 

Fuq ghemilek, kbir Frangisku

   Mexxi il-passi kollha taghna,

Ftakar dejjem li ahna wliedek

   Mis-Smewwiet, deh indukrana;

X'hin fil-htija lilna tara,

   Mid-dnubiet b'talbek erfghana.

 

Fuq din l-art bl-imhabba t'Alla

   Dejjem ghext bhal Serafin,

B'dik il-hniena lejn il proxxmu

   Ghageb dehert fil-qaddisin;

Bl-umiltà li zzejjint biha

   Ressaqt lejk bosta bnedmin.

 

L-Ordni tieghek mimli b'Martri...

   Min jghodd il-Konfessuri?

Vergni ukoll u Penitenti,

   Tant Ghorrief u kbar Dutturi!

Lilek dawn joffru kuruna

   Bl-isbah gilji, ward u fjuri.

 

Il-kbir Piju Kap tal-Knisja

   il-lbies tieghek jilbes mar,

Kbir ezempiu ta' lid-dinja

   X'hin Terzjarju tieghek sar:

Tkun imbierek, o Frangisku

   Kbir qaddis, missier il-fqar.

 

Lil Uliedek qatt la tinsa,

   Sacerdoti u seculari,

Lilhom habbeb ma' l-Kbir Alla

   Lilhom zejjen b'virtù rari;

Fuqhom xerred barka idejk

   Lilhom ghejn biex jaslu hdejk.

 

Giovanni Carabez

Malta, 1925

 


Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XVI, no. 1, Jannar 1926, p.10

Assisi 18.6.2003


 

Poezija

ta'

Giovanni Carabez