|
Poezija Frangiskana |
|
|
Salm Frangiskan ta' Edmund Teuma OFMConv. Salm Frangiskan
Mulej irrid inqimek * Ghax bhalek fejn insib?
Int biss, Mulej, il-hajja, int biss il-bieb, * Int biss it-triq u l-fasla ta' hajjitna.
Tant thobbna * Li hlaqtna minghajr ma kellek bzon'na.
Aghtina widen, ja Missier, * Ismaghna halli tghinna:
Ahsilna minn kull tebgha; * Ahfrilna kull nuqqas,
Ilqaghna gewwa hdanek: ° fik biss nistriehu.
Araw xi hlew t'ilwienfil-ward tal-gonna: * Infahhru 'l Alla maghhom!
Isimghu I-ghanjiet jghaxxqu ta' l-aghsafar: * Infahhru 'l Alla maghhom!
Araw ix-xemx, xhin tbewwes l-ilmijiet ta' fuq ix-xefaq: * Infahhru 'l Alla maghha!
Araw il-kwiekeb ta' bil-lejl u l-qamar, * Infahhru 'I Alla maghhom!
Insebbhu lill-Mulej, hallieq ta' kollox, * Nizzuhhajr talli halaqna
Edmund Teuma OFMConv. Malta, 1926
Dehret fil-ktieb ta' Edmund Teuma, Meta Nimrah, gabra bikrija ta' Poezijiet, Veritas Press, 1972, p.65. Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' Edmund Teuma OFMConv.
|
|