|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk Imdahhal fil-Familja ta' l-Aghsafar ta' Anton Buttigieg. San Frangisk Imdahhal fil-Familja ta' l-Aghsafar
Frangisk hien miexi qalb ir-raba' mwarrab, liebes ta' damigell kif kien jixraqlu kalzetti sa koxxtejh bojod bhal-lamtu, par bokkli jiddu fuq zarbun sewdieni, qalziet hadrani kollu hjut tal-fidda maghqud b'gallun tad-deheb fuq il-kalzetti, bil-kmiem minfuha faxxa bajda u sewda hergin minn qmis tad-deh'b, ghonq tal-bizzilla, xaghru maqsum min-nofs bin-nokkli jaqghu sa fuq spallejh, bix-xabla mdendla f'qaddu; ghaddej miexi hosbien . . .
Kull fejn ighaddi id-dbejjeb u l-aghsafar jiehdu qatgha; xiref fuq ghalqa zara' u l-hamiem kollu li kien qed jirgha tar u xtered fi-ajru, u mbaghad mar jghasses fuq il-barumbara; xiref fuq ghajn ta' l-ilma u l-hut imlewwen nizel bhal vlegga lejn il-qiegh u stahba; minn kull razzett il-klieb blew jghajtu u jinbhu b'ghajnejhom xrara nar u juruh snienhom minn bejn il-fruq u d-dlieghi ta' kull xatba.
Qalbu ga kienet bdiet tobghod it-taghmix ta' fuq ilbiesu u x-xkiel tax-xabla u thobb il-faqar safi imma x'hin ra li gewwa r-raba' sieket , surtu kienet ta' ghadu li fejn jixref iqajjem hrib u nfir, f'qalbu l-mibeghda kibret mitt darba.
Ghaddew ghaxriet ta' snin u Frangisk rega' ghadda minn dan l-imkien, izda did-darba kien liebes xkora sewda b'habel abjad idur ma' qaddu; rasu kienet qargha, saqajh hafjin; kien qassam gidu kollu, u mar ighix mal-faqar u mas-safa fid-dwejra helwa ta' l-imhabba t'Alla; sew bhal ghasfur li ma jizrax u jahsad, u ma jigborx fil-mahzen, u b'dan kollu Alla l-Missier jaghtih ghajxien u sahha; u kien isum sikwit u jghakkes gismu, ir-rieda jsahhah fuq is-sensi mqarba; u kien ukoll gera minn art ghal ohra, jigbed warajh gtajjiet ta' rgiel u nisa li jhaddnu l-ordni tieghu u jghixu hajja ta' faqar u tghakkis u ta' qdusija; gismu kien daq il-grajja tal-Passjoni ta' Kristu meta f'ghar ta' fuq il-Vernja il-hames Pjagi taru mis-Salib u nizlu fuq il-pali safja u bojod ta' idejh u ta' saqajh, sura ta' msiemer, u fuq il-qafas tax-xellug ta' sidru bis-sura ta' ticrita b'tarf ta' lanza; qalbu daqet ukoll il-ferh tas-sema meta kien deh'rlu Anglu kollu dija bil-vjola f'idu tax-xellug u bl-ark fil-leminija, u gerra darba wahda dak l-ark 'il fuq, u semmghu hlewwa hekk kbira illi li kieku l-ark rega' wkoll 'l isfel qalbu nqasmet fi tnejn bil-melodija.
Ghalhekk Frangisk kien gabar fuqu l-hlewwa li tigbed lil kulhadd, bnedmin u dbejjeb; il-kelma tieghu wied ta' l-ilma helu li jelgel safi u gwejjed u l-ghatx jaqta' u jaghti s-serh lil kull min jixrob minnu.
Kien fil-ghaxija u gemgha wara gemgha l-aghsafar gejjin lura ghal gos-sigar, u gol-bejtiet fil-blat ta' gewwa x-xaghri, fit-toqob tal-hitan u l-barumbari. Is-sigar tal-harrub, tat-tin u l-arznu u taz-zebbug imtlew bil-ghana hlejju . . . mijiet u eluf ta' gliegel kollha jdoqqu mota bla heda ta' Te Deum ferriehi. Frangisk qal lil Mattew u lil Anjolu, erwieh twajbin, li kienu mieghu : "Jiena sejjer nippriedka ftit lil dawn l-aghsafar; stennewni naqra."
"Aghsafar tat-Mulej !" u ma' dil-kelma hemda waqghet u skiet donnu fis-sigar kien hemm weraq biss biss u mhux aghsafar; il-bwiefel hargu lkoll fit-tarf tal-frieghi, il-hamiem firex fuq il-barumbara; il-bliebel xterdu fl-art ma' genb il-psiepes; irnexxa lill-alwett li jwaqqaf denbu; is-seqer baqa' bi gwenhajh miftuha fuq ras is-sigar; wiehed ma' genb l-iehor qaghdu l-merilli fuq il-blat fix-xifer; u hekk min b'mod min b'iehor qaghdu r-razez kollha jisimghu.
"Aghsafar huti, hejjaq ixxortjati intom tassew, il-Mulej Alla takom is-sema tieghu fejn timirhu u tghannu, ir-raba' kollu mien fejn tieklu u tirghu, ix-xmajjar u l-widien sabiex tixorbu; ghalikom m'hemmx hitan, eghluq, u toroq telghat u nzieli; il-bahar, l-art u s-sema ghalikom xorta; bil-gwenhajn miftuha kullimkien tieklu, kullimkien timirhu; il-bejta taghkom f'kull pajjiz tad-dinja; il-hajja taghkom tigru mar-rebbiegha ghal wara s-sajf minn tarf sa tarf tad-dinja; fuq newl ma qghadtu qatt u b'dana kollu taghkom l-isbah ilbies mill-hlejjaq kollha, u l-bard ma jinfdu qatt, lanqas ix-xita; il-lehen taghkom l-ohla fost tal-hlejjaq, u fih innifsu huwa melodija: dmir sabih wisq Alla hanin tâ lilkom timirhu kullimkien kull fejn Hu jizra' l-ucuh biex jitma' l-hlejjaq kollha tieghu, u toqtlu d-dud qerried li jqatta' u jiekol il-weraq gdid u l-qalba ta' l-eghlejjel. Intom ghalhekk spirtu ta' gid. u tjieba gewwa l-holqien kontra l-ispirti hziena. Dmir iehor helu wkoll Alla ta lilkom: li tferrhu d-dinja bit-tisfir ta' fommkom, u taghmlu l-art imkien ta' poezija, li tghannu matutin ta' kull fil-ghodu, u tghannu ghasar twil kull fil-ghaxija, u taghtu Lilu hajr ta' daqshekk grazzi li joghgbu jxerred fuq il-hlejjaq tieghu. Aqduhom sew id-dmirijiet li tâkom, aghsafar tal-Mulej, aghsafar huti, kunu bidu ta' gid, bidu ta' hena, u taqghu qatt fid-dnub ta' qalb bla hajr."
Kif temm dal-kliem, gol-weraq, fuq il-blat, u qalb il-gebel qamet bhal hamba kbira qalb l-aghsafar u kollha stqarru li Frangisk kien ghanna ghanja bhal ta' ghasfur, li qalbu kienet safja bhal ta' ghasfur, li Hu kien jafda f'Alla u jghannilu kullimkien u dejjem daqs kull ghasfur, li Hu kien jitla' s-sema fuq il-gwienah tad-din u l-poezija aktar minn kull ghasfur, u kien jixraqlu li jidhol fil-familja ta' l-aghsafar. U taru kollha lejh bil-qalb, bla biza', u bdew jifirhu bih, u daru mieghu, qisu kien xi ghasfur missier l-aghsafar; imlievez, apparelli, kanarini, kalandri, petirossi, griedel, psiepes, ghasfur tan-nghag, farrug, gamiem, sturnelli, ghasfur isfar, durrajs, huttaf, gojjini, u razez ohra ta' kull lewn u sura jitkellmu b'elf ilsien u kollha jdoqqu strument sabih li jaghmel armonija ma' ta' l-ohrajn ! u hadd fost tant aghsafar jofroq ma zzarda d-dija tal-qdusija li harget minn Frangisk hlief gatgha bajda u sewda ta' hamiem b'ghajnejhom homor bhal zewg rubini imwahhlin fuq wicchom, li huma maghzulin minn qalb l-aghsafar bhal xebh ta' sliem, ta' safa w tjieba kbira. Il-qatgha bajda u sewda tal-hamiem taret ghal fuqu, u min fuq spalltu birek, min gabad mal-kurdun u qaghad iferfer biex ma jaqax, u min mar jiekol m'nn idu.
Frangisk raddilhom is-salib u tahom il-barka tieghu, u biex juruh kemm kienu ighozzu l-priedka tieghu taru kollha lejn is-smewwiet.
Massew u Anjolu, mistaghgbin u mbezzgha, lemhu quddiemhom salib kbir li jasal minn hdan Frangisk sa gewwa shaba bajda, salib maghmul mill-gtajja' ta' l-aghsafar li taru f'erba rjieh, salib imlewwen daqs kemm hemm lwien t'aghsafar, salib moghni b'ilhna helwin daqs kemm hemm ilhna helwa fil-boskijiet, fl-imsagar u fil-gonna, u lemhu lil Frangisk b'idejh miftuha, walida mghollija 'l fuq u l-ohra mnizzla ihaddan is-Salib, u b'ghajnejh kohol qishom zewg fosos kbar 'il fuq iharsu u qieghed f'estasi.
Il-hut ta' l-ilma helu tela' jhares lejn is-salib, u fuq il-bjut tar-rziezet il-klieb waqghu fis-skiet u gharkobbtejhom qaghdu bil-qima.
Meta gew lura minn gor-raba' mwarrab Massew u Anjolu qalu l-grajja 'l shabhom, u biex ipattu sewwa lill-aghsafar ulied Frangisk dahhluhom fil-familja taghhom ukoll; minn dak in-nhar sal-lum go kull kunvent u go kull dar tar-rhieb ta' San Frangisk hemm x'ghasfur zghir fil-qafas, u hafna toqob ghall-bejtiet kennija ghal kull ghasfur li joghgbu jbejjet ghandhom.
Anton Buttigieg Malta
Dehret fil-Ktieb ta' Anton Buttigieg, Poeziji migbura - l-Ewwel Volum, Klabb kotba Maltin, 1978, pp226-231. Assisi l8.6.2003 |
Poezija ta' Anton Buttigieg
|
|