Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Hu San Frangisk


ta' Anton Buttigieg.


Hu San Frangisk *

 

Par widnejn donnhom zewg boroz

imdendlin warranijiet,

fuq wicc catt fit-tarf imzerzaq

par ghajnejn donnhom zibgiet,

dak geddumu bhal marzebba,

ghandu ghajta ta' xitan,

il-ghors tieghu jghum fil-hama

jew jitkaxkar mal-hitan,

 

Il-Hanzir ... - ...  nisthajlu bhima

milli ghexu fil-holqien

qabel l-Arka bahhret fl-ilma,

qabel f'Eden kien hemm gnien,

meta d-dinja kienet firxa

ta' silg ahmar daqs id-demrn,

meta l-hut kien jaf jittajjar,

meta s-serp ma kellux semm.

 

Il-Hanzir, bhima qadima

gewwa l-gnien bil-ward ifuh

ra lit-trab ta' l-art jistejger,

isir gisem, jiehu r-ruh,

isir Adam, isir Eva,

daqs id-dija bajdanin

sema' l-bews ta' l-ewwel laqgha

taht is-sigar imwerrqin.

 

Il-Hanzir hemm min imaqdru,

izda jien nilqa' ghalih;

San Frangisk sejjahlu huna

ghaliex sawru l-istess Driegh

illi sawwar gisem Eva,

illi lewwen it-tuffieh,

mill-ghadira tella' l-gilju,

heba l-hmura fid-dulliegh.

 

Ghax mahmug - in-nies jghidulek;

izda staqsi 'l da' t-talin

jekk marrux go xi kerrejja

qalb if-toroq mudlamin;

Ghax zaqqieq - obrajn jaqbzulek,

izda ftakru fil-fatriet

tar-Rumani qatt xebghana

gewwa l-vilel fix-xtajtiet.

 

Ghax zennej - ohrajn jghidulek, -

ghaliex jishon daqs xitan, -

hdejn il-bniedem huwa anglu,

safi u abjad dags susān!

Ghaliex kiefer - mhux daqs tfajjel

illi jaqbad il-bejtiet,

ghall-irgiel ... biex tkun taf sewwa

hu f'idejk ktieb il-grajjiet !

 

Ghaliex rghib u minn maz-zingla

dlonk jimbotta biex hu biss

jahtaf, jibla' ta' quddiemu,

u lil ghajru xejn ma jmiss -

mela nsejtu ! din hi grajja

ta' di' d-dinja kif iddur:

ta' l-art kollha l-gid u ghana

ghand ftit nies jinsab migbur !

 

San Frangisk kien ragel sewwa,

San Frangisk kien ragel kbir,

u m'ghaletx meta, sejjahlu

huna z-zghir huna l-hanzir;

l-istess lehen mar sejjahlu,

minn got-tajn ghal mal-hajjin;

ta' sikwit it-tnejn nintefghu

gewwa l-hama mnejn gejjin.

 

Anton Buttigieg

Malta

 

* Mehuda minn l-essay "A Brother of St Francis" ta' Grace Rhys.

 


Dehret fil-Ktieb ta' Anton Buttigieg, Poeziji migbura - l-Ewwel Volum, Klabb kotba Maltin, 1978, p. 138.

Assisi l8.6.2003


 

Poezija

ta'

Anton Buttigieg