|
Poezija Frangiskana |
|
|
Tifhir lil Patrijarka Missierna San Frangisk ta' Assisi ta' G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan Tifhir lil Patrijarka Missierna San Frangisk t'Assisi Fil jum il festa tighu - 4 ta Ottubru 1932
0 Giovanni (1) tfajjel ckejken, Minn t'Assisi int il fjur, Twelidt inti gewwa stalla Biex tixxiebah lill Bambin Gesù.
Guvnott sirt ta' gmiel celesti, Int kont l-hena tal-hbieb tieghek, Intkont taghhom id-delizju Fejn issibhom dejjem mieghek.
Qalbek safja u dejjem pura, Minn ckunitek int urejt, Ghalkemm, int mal-hbieb ghamilta Lil Gesù qatt ma hallejt.
F'holma helwa x'hin kont rieqed, Vuci 'mqaddsa tkellmet mieghek, Biex turik ix-xewqa t'Alla Il-missioni li ried minn tieghek.
Il-gid kollu ta' di'dinja, Wara spallek, int dlonk tfajt, Halleit hbiebek u 'll-familja Ruhek 'l Alla int mort tajt.
Fit-trieqat int mort tiggerra, Minn t'Assisi sirt il fqir Fl-orazzjoni u l-penitenza Garrabt ruhek u t-tmaqdir.
L-istess ilbies li kellek fuqek, Dlonk int lilu mort nehhejt, U lill-Isqof ikkunsinajtu Xkora u habel int xeddejt,
Bosta ohrajn inghaqdu mieghek, Libsu l-libsa u'l-kurdun, Hawn int waqaft l-Ewwel Ordni Li kbir hafna kellu ikun.
In-nobbli u s-sbejha Klara. Riedet tinghaqad fl-ordni mieghek, Imnebbah int bid-dawl tas-sema Waqqaft it-Tieni Ordni minn tieghek.
Il-poplu kollu warajk jiggerra, Jitolbuk ilkoll ferhana, Sabiex lilhom int taccetta Fit Tielet Ordni Frangiskana.
Matul hajtek tant qaddisa, Bosta mirakoli int operajt, Is-socjetà, gbit lejn Kristu U lis-suppervi umiljajt,
Fl-ahhar zmien tal-hajja tieghek, L'Alvernja int ghazilt ghalik Serafin deherlek Kristu imsallab Biex il-Pjagi Huwa jaghtik.
Ridt ma dwarek qabel mewtek, Ir-religjuzi ulied minn tieghek, U b'sentimenti kbar ta' mhabba Tajthom l'ahhar barka tieghek.
Wara hajja l'aktar qaddisa, Kristu ried jibaghat ghalik, U ttajjart bil-pjagi bhalu Biex fis-sema il-premju itik.
Int l-ezempju tal-penitenza, Inti l-ghaqda tat-tajbin, Int il-gmiel ta' l'ubbidjenza Int il-mera tal-fqajrin.
0 Frangisku minn t'Assisi, Hemm fis-sema fejn int qieghed, Itlob 'l Alla dejjem ghalina Biex il-genna nigu mieghek. _____________ (1) Frangisku fil-mghamudija kien moghti l-isem ta' Giovanni.
G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan Malta, 1932
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXII, no. 10, Ottubru 1932, p.205 Assisi 18.6.2003 |
Poezija ta' G. Abdilla, Terzjarju Frangiskan
|
|