|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk ta' Assisi ta' Giovanni Carabez Lil Patrijarka San Frangisk ta' Assisi Missier ghaziz taghna
Jien illum m'eluf ta' Nsara Nixtieq ninseg xi tifhir, Lil Missier ghaziz minn taghna Lil Frangisku Qaddis kbir.
Sliem ghalik, o Patrijarka Ezemplar minn ta' l-Insara, Int il-bniedem mahbub mn'Alla, Kull virtù kulhadd fik jara.
Hallejt 'l ommok u 'l Missierek Il-gid kollu abbandunjat; X'hin gharaft il-qerq u l-frugha L-ahhar sliem lid-dinja tajt.
Kollok zelu, kollok hegga Il-gid tfittex ta' l-erwieh, Biex ghal Kristu lilhom tirbah Tahdem, teghreq bla mistrieh,
Kemm tassew habbejt lill-proxxmu Wara il-faqar dejjem grejt, Biex issalva li xi midneb Hrara kbira wkoll urejt.
Sawm, cilizzji, dixxiplini, Dmugh ixxerred lejl u nhar, Il-gost tieghek tghin il-morda Jew il-hobz tqassam lill-fqar.
Lilek nara fuq l-Alvernja Fl-ikbar xeghla ta' moghdrija Lejn Gesù li miet imsallab Qalb l-insulti u t-tbatija;
Tahseb bqajt fuq il-Passjoni Li kien sofra r-Redentur, U li bhalu tixtieq tbati Xewqa kbira nissilt zgur.
Izda hawn, oh! min ifisser X'hassejt f'qalbek f'dak il-hin Li mis-Sema int rajt nizel U lejk jersaq Serafin?
Taht dix-Xbieha, kien hemm Kristu Dlonk bhal tieghu l-pjagi tak, B'dan il-mertu, b'din il-glorja Ried Bin Alla jonorak!
Hniena, hniena, il-pjagi tieghek Qed jitolbu ghall-bnedmin, Paci jgibu fuq id-dinja Paci 'l tant qlub imnikktin.
O Frangisku ftakar dejjem L'ahna tieghek veri wlied; Minna bieghed gwaj u hazen, Lilna wassal fis-Smewwiet.
Giovanni Carabez 1918
Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena VIII, no. 10, Ottubru 1918, p.267. Valletta: 15.11.2003 |
Poezija ta' Giovanni Carabez
|
|