|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Frangisk t'Assisi ta' G. Arena. San Frangisk t'Assisi sunett
Mistoqsi gie x-xitan fuq il-qdusija ta' San Frangisk; u wiegeb dak minbux: "Alla l-Missier imtela bil-hruxija ghall-midinbin li lilu ma jqimux...
L'ghalkemm ma kienx se jhallas din il-htija billi meqruda jigu, ma jdumux, in-nisa u rgiel tad-dinja ghalenija, jekk dawna minn htijiethom ma jindmux.
Ma, Kristu lil Missieru, mimli hlewwa, talab ghalihom, wieghdu li jibdilhom minghajr ma jehtieg biss li lilhom jhedded,
Ghax kien fi hsiebu bniedem jibaghtilhom illi b'ghamilu jergghu jahtru s-sewwa; ghax Hajtu, fih, u Mewtu ried igedded."
G. Arena. 25 ta' Settembru 1913
Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena 3, nru 10, Ottubru 1913, p. 297. Valletta: 13.11.2003
|
Poezija ta' G. Arena
|
|