|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Fqajjar ta' Assisi u l-Kobor tat-Terz'Ordni ta' Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. Il-Fqajjar ta' Assisi u l-Kobor tat-Terz'Ordni
Min huwa dal-ghazeb li nara jiggerrra Got-toroq t'Assisi bla ebda mistrieh? Imlibbes l-ixkejjer, u b'habel imhazzem U hafi u xuxa, ha xbieha ta' xih?
Maghdur bit-tbaitija, jitrejjaq b'xi loqma Tal-hobz li jiddobba minghand il-girien, Imrezzah fix-xtiewi bil-bard u ksieh ahrax, Fis-sjuf mahruq dejjem bix-xmux narah jien!
Jiggerra f'pajjizi minn banda ghal ohra Ixandar u jghallem it-triq tal-virtù B'imhabba ta' l-Angli, bi hrara tal-genna, Lill-proxxmu lejh jigbed ghall-hdan ta' Gesù!
Hawn nisma' min jghidli: Min huwa dal-Fqajjar li xtehet f'dil-hajja ta' harxa tbatija...? Hass rasu dal-bniedem, jew qieghed jitbellah, ghal liema raguni jinsab fil-mohqrija...?
Isimghu u tghallmu, u ghozzu ghemilu, Dan huwa FRANGISKU MISSIERNA l-ghaziz, Lill-foqra mar qassam il-gid li akwista, Ta ruhu 'l Gran Alla, sar l-akbar Qaddis.
Mid-dinja dlonk tbieghed u 'l daru fis halla, U hajtu mar jghaddi fis-skiet go l-gherien, Ighakkes il-gismu bis-sawm u swat ahrax fit-talb lill-Kbir Alla jghaddih kien iz-zmien.
X'uhud zammewh b'iblah u ddiehqu b'ghemilu, U minnu jaharbu bdew dawn il-hajnin, Ohrajn li ghogbithom il-bixkla minn tieghu Fis lejh dawn ingibdu ghax raw l'hu hanin.
Hallew fis id-dinja, warajh bilgri marru U libsu l-ixkora li tixbah lil tieghu, U b'Fidi imqaddsa, u b'faqar ta' l-ghageb, Intghalqu goc-celel ighijxu lkoll mieghu.
B'dal-mod kellu bidu dan l-Ordni imqaddes Li hu l-ewwel wiehed li gie iffurmat. Ma qalb dak il-Fqajjar tal-hiemda Assisi, B'dan kollu li ghamel ghad le kkalkulat!
Fadallu kien hawna xoghol wisq izjed x'jaghmel Ghalhekk narah jiena tant jahdem bil-hrara, U b'ferh minn tal-genna dik qalbu mimlija Lejh jigbed b'ghemilu il-qalb minn ta' Klara.
U dina ix-xbejba hekk umli u qaddisa Imzejna bid-doni ta' l-oghna virtù Imlibbsa ta' Soru mill-Fqajjar Frangisku, Tat ruhha ghal dejjem lil Kristu Gesù.
Imhajra minn Klara xbejbiet ohrajn bhalha Ihallu lid-dinja u maghha fis-skiet, Imorru jintghalqu ilkoll f'Monasteru Ighixu bhal ahwa, fil-paci u l-kwiet.
Imwaqqaf hawn jigi dan l-Ordni imqaddes it-Tieni li ghamel Frangisku l-ghaziz, Oh! x'hena mar garrab il-Fqajjar Missierna Kemm bierek fis 'l Alla ghal hsieb hekk qaddis.
Ma kienx kuntent ghadu il-Kbir Patrijarka Bla ghadd xtaq uliedu li jkunu maz-zmien, Sew sewwa bhal kwiekeb li hemm f'wicc is-sema Hekk riedhom imxerrda mad-dinja; u hekk kien.
Kif darba kien miexi minn triq go Gogiano Iltaqa' ma' ragel li kien habib tieghu Lukkesju kien jismu, ma' martu kien dana, Sellmulu, sellmilhom, b'dal-mod tkellmu mieghu:
"La x-xorti laqqghetna irridu taghtina Taghlima mehtiega sabiha minn tieghek, U xtaqna bil-bosta li zzommna b'uliedek, Biex fl-ahhar il-genna ingawdu t-tnejn mieghek."
"Dan nahseb kont jiena" - wegibhom Frangisku, "U minni l-Gran Alla irid dan ikun." Taghlima mar tahom biex dawn iharsuha, Libbishom ic-coqqa, hazzimhom b'kurdun.
Hekk huti gie mwaqqaf narah it-TERZ'ORDNI Fih bilgri inkitbu nies l-izjed zelanti, U nies ta' kull ghamla, kemm foqra u sinjuri, Ta' gens ta' kull razza, sa l-akbar renjanti.
U glorja specjali ta' dan it-Terz'Ordni Hi biss dik il-gabra bla ghadd ta' Rejiet, Ta' Duki u Markizi u nies ghanja bhalhom, Prelati illustri, u bosta Papiet.
Min jista' jsib tarfhom il-kbar Kardinali, U l-ghadd minn ta' R gejjen, ta' kbar Princpijiet! Ghiduli min jghoddhom l-ulied ta' Frangisku! Xi nghidu allura ghal dawk l-Isqfijiet...!
Insibu b'uliedu fl-istima kbar hafna Bhal Carlo Alberto u De Pimodan, Marija Clotilde u San Ludoviku, 'Ma x'hin qatt nispicca jekk nibda nghid dan?
Famuzi insibu Terzjarji miktuba Lil Tasso u Petrarca, Poeti mill-kbar, Sa l-akbar Poeta tad-dinja Allighieri, it-tlieta libsuha l-libsa ta' fqar!
Insibu miktuba b'ulied ta' Frangisku, Nies kbar minn tal-Muzka ta' hila wisq kbira, Bhal m'huma Paisiello, bhal m'hu Palestrina, U tant ohrajn bhalhom bla mghandhom tifkira.
Inkompli insibu fost hutna Terzjarji Nies l-izjed illustri Pitturi mill-kbar, Bhal m'hu Mikelanglu, Cimabue u Giotto, U dak Leonardo, flimkien m'ohrajn zghar.
Insibu fost hutna ulied dak il-Fqajjar Lil kbir Kristofòro, Terzjarju ukoll, U mieghu lil Volta u 'l dak Galileo, Lil Wigi Galvani celebri ilkoll.
Miktuba Terzjarji insibu fi zmienna Lil Pellico u Moro, t-tnejn irjus kbar, Margotti u Ricci, Cantù ukoll maghhom Eluf ta' nies ohra li kienu mill-aghar.
Min jista' qatt jghoddhom ghiduli ftit intom, Kemm huma Terzjarji fid-dinja mxerrdin! Insibu fl-Annali li gewwa l-Amerka Fuq miljun ruh sewwa tghodd nies miktubin!
Miljun u nofs iehor insibu Terzjarji Gol-bliet ta' l-Italja miktuba ukoll, Ghoxrin elf ohra go l-art minn ta' Franza U tnax-il elf ohra fuq dal-mahbub skoll...!
U fl-ahhar minn l-ahhar min jghoddu n-numru li hemm gol-Genna ta' Kbar Qaddisin? Mijiet minn ta' Vergini, eluf kbar ta' Martri, Oh! x'kobor ta' Ordni! Xi gmiel x'wahdadin!
Imfahhar insibu bil-bosta t-Terz'Ordni Minn kbar Kardinali, minn bosta Papiet, Imzejjen u mghoni bi kbar Privileggi, U b'bosta Indulgenzi kulhadd lilu zied.
Bhal tarka qawwija, insibu hawn jiena Li tharsek mill-ghadu, mill-hemm u t-tigrib, Il-hena u l-paci, is-sabar u l-hniena, Il-Kbira Qdusija fih biss jiena nsib.
Jien lilu inbierek ghal mija u elf darba, U lilu infahhar kull hin, kull mument, Ghax lilu sibt jiena bhal arma qawwija, Li dejjem helsitni mill-ghawg u t-turment.
O huti Insara li thobbu 'l Frangisku Thallux izjed jghaddu minn fuqkom iz-zmien, Fis igru inkitbu f'dan l-Ordni Imqaddes, Fejn dana hu mxerred illum kullimkien.
Oh! x'ferh minn tal-genna inhoss gewwa qalbi! Oh! x'hena nipprova kull meta nsemmih! Inbierek u nfahhar immur il-gurnata U s-siegha li fiha kont mort inktibt fih.
Kun mela imbierek ghal mija u elf darba, O kbir Patrijarka Missier il-Fqajrin; Berikna mill-genna, ghax ahna wlied tieghek, Igborna lkoll mieghek, O Kbir Serafin...!
Fra Guzepp Sciberras, Terzjarju Frangiskan. 1912
Din il-Poezija dehret fil-Habbâr ta' Sant Antnin, Sena 2, nru 10, Ottubru 1912, p. 295. Valletta: 13.11.2003
|
Poezija ta' Fra Gusepp Sciberras Terzjarju Frangiskan
|
|