Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Il-Fqajjar t'Assisi

(Poema ta' Ferh u Tifhir)

 


 ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.


Il-Fqajjar t'Assisi

 

Nixtieq ninsa lid-dinja w lil hbiebi,

Nidhol f'cellti ninghalaq fil-kwiet,

Boghod mill-hamba mignuna tal-hajja

Ninseg wahda mill-isbah ghanjiet

 

Lil min tgharras minn jeddu mal-faqar

Bla ma staha bhal Sidu jghix fqir,

Lil min habb il-holqien w ghanna gmielu

Bla ma waqa' tal-hlejjaq ilsir.

 

Nisthi nghid, Missier tieghi Frangisku,

Nisthi nghid, ili nikteb, kont tfal,

Mitt elf darba bdejthielek u mohhi

Mitt elf darba hassejtu jitqal,

 

Mghobbi b'refgha ta' kobor qdusitek

Kien ikolli kull darba nistrieh,

Izda llum wahhalt f'rasi li ndommlok

Dil-kuruna ta' mhabba w ta' gieh.

 

Taf x'nixtieq? ma tibqax tghoddni b'ibnek

Sakemm naghti 'l din l-ghanja t-tiswir,

Ghax in-nies xogholha tmaqdar u nibza'

Li tghoddhieli, mhux haqq 'ma ftahir.

 

Jien jidhirli jekk hafna poeti.

Barranin, xandruk qabli mal-gnus

W ghollew ismek sal-ikhal tas-sema,

Ghajb jien, ibnek, nerhilu mirfus.

 

Fil-ktieb wiesa' tal-firxa tas-sema

B'gemgha kwiekeb ittr'ittra miktub,

San Frangisk, dejjem ismek rajt jiddi

F'kemm-il lejl ghadda s'issa mahrub.

 

U tghidx qalbi kemm habbtet b'imhabbtek!

Mghaggla, mghaggla sthajjilt it-tektik

Hoss ta' magna qed tahdem, biex nibda

Il-fohrija li haqqek naghtik.

 

X'nibda nghid biex infahhrek? nitfixkel!

Kemm ghixt nieqes mis-sehem tal-ghonjin?

X'naqbad nghid? Kemm inhqart? kemm ghixt mohbi

Ghal ghanjejn din id-dinja kburin?

 

Mhux ir-reghba tal-ghonja, fohritek,

Mhux il-gid li tul hajtek kasbart

'Ma l-imhabba li kibset go qalbek,

Li ghamlitek Xebh Kristu fuq l-art

 

U sammritek ma' qalbu biex aktar

Thannad fiha ta' mhabbtek l-eghruq

Thoss l-ugigh, u l-imrar qatra, qatra,

Tat-tbatija li garrab idduq.

 

Int Xebh Kristu! twelidt bin il-ghonja,

Bhalu l-faqar mic-cokon ghazilt,

Minn twelidek sa mewtek; bhal Tieghu

Holqa, holqa, jiem hajtek sensilt.

 

Mill-maxtura sebqitek qdusitek:

Ghadek ckejken, b'qaddis lilek htar

Is-smewwiet; ma nafx tifel bin l-ghonja

Twieled bhalek mal-bhejjem go ghar.

 

X'ridtu, Pika, dal-faqar? x'fettillek,

(Kellek zewgek bejjiegh il-harir)

Inzilt tehles f'maxtura? nifhimha

Kieku Pietru kecciek jew kien fqir.

 

Mhux minn jeddha l-mahbub'ommok Pika,

Mhux minn jeddha fuq erba' tibniet,

Gheri laham, medditek f'maxtura;

Kien driegh Alla li jmexxi l-grajjiet!

 

Driegh is-Sema ried jerfa' ckunitek,

L-ewwel hbiek taht qeddum baqra w hmar

Biex imbaghad juri 'd-dinja x'habta ghandu

Igholli l-gwejda w irazzan il-kbar

 

Semghet Betlehem u ferhet 'l Assisi

Li cahditlek l-ghajnuna: hlief blat

Ma kellhiex fi twelidek x'tisilfek;

Ghax mill-bidu Xebh Kristu fik rat.

 

F'hogor ommok tiftakrek id-dinja

Zghir daqs naqra, qed terda' l-halib,

Qed titrawwem fis-sahha, biex tieqaf

'll quddiem taht l-irfigh tas-Salib

 

Bla ma tmil: ghax hekk halef is-Sema:

Bhal Min tkisser u ntewa bl-ugigh

Tas-Salib, ghad trid tinghi bil-griehi

Lejl u nhar minghajr nikta mistrieh.

 

Tlaqt mixjietek u pass wara l-iehor

Fuq ta' Kristu bdejt taqta' 'l quddiem;

Ghal kulhadd, qalbek holqa ta' mhabba,

Ma' kulhadd, fommok kelma ta' sliem.

 

Minn ckunitek migbud lejn il-fagar,

Hsiebek f'Alla, ma' shabek ferhan,

Dejjem tidhak bla toqol ta' dwejjaq,

Jiem zghoritek ghaddejthom Sultan.

 

Ghalkemm hieni, l-imrar kull ma tikber

Beda jtieghem; bdejt thoss bhal taqlib

Gewwa fik; kienet sejha mis-sema

Tridek 'l Alla taqdih aktar qrib.

 

Bdejt hoss fuqek driegh mohbi 'ma qawwi

Qed irossok u jaghfsek bil-mard,

Sakemm taqta' l-irbit ta' zghozitek

U tinhall minn mal-fieragh ta' l-art.

 

Bhal Kbir Pawlu, mifxul, b'demmu mdiehex,

Meta fuqu hass taghfas din l-id,

Bdejt ittenni mifxul, kliemu mlaqlaq:

"Ghid... Mulejja..., ghid minni... xi trid?"

 

F'San Damjan, lejla wahda qed titlob,

Minn fomm Kristu mislub, hadt taghrif:

"Halli kollox, Frangisku, mur irfed

Id-dar Tieghi dalwaqt ghat-tigrif."

 

Wegibt bilgri ghas-sejha tas-Sema,

F'hakka t'ghajn, tista' tghid, gbart il-flus,

Lill-qassis ghidtlu: "Hudhom biex tirfed

Fejn jidhirlek sa jaqa'... mahsus."

 

Zghir, biex tifhmu l-hsieb gholi tas-Sema!

X'dar ridt tirfed? li talbek mhux dan;

Talbek tirfed u ssahhah is-Saltna

Tieghu fl-art, mhux tigrif San Damjan.

 

Kemm int gholi fi hsiebek, Kbir Alla!

Taghzel ghodod dghajfin, ghodod hfief

Ghal xoghol iebes; ghazilt 'il Frangisku

Biex bih tifxel imhuh il-ghorrief.

 

Ghax nistaghgeb? narak ghal xoghol iebes

Taghzel b'ghodda, nies zghar u dghajfin?

Jekk it-tafal u t-tajn f'idejk, duwa

Ta' fejqan u ta' dawl ghall-ghomjin?

 

Xhin titwebbel li trid minn triq tghaddi,

Jekk maghluqa, malajr drieghek twil

Ghad li mohbi driegh qawwi, fl-art tnizzel

Halli twarrab min-nofs it-tfixkil.

 

Ghid, ir-reghba xi swietlu 'l missierek?

X'ighodd li haqrek u mieghek zamm xhih

Ghalkemm ibnu? t-tfixkil li ghamillek

Alla tajru bhal traba fir-rih.

 

Kienet siegha ta' glied u ta' rebha,

Tqabdu s-Sema w missierek flimkien,

Malli ntemmet il-glieda sibt ruhek

Fuq ix-xtajta ta' sliem u helsien.

 

B'nar l-imhabba, huggiega go sidrek,

Ma bzajtx tghid lil missierek dal-kliem:

"Ha, dawn hwejgek, biex qatt ma nsejjahlek

Missier aktar mil-lum 'il quddiem."

 

"Missier wiehed jien ghandi, fis-sema,

Ghajru hadd, Hu Missieri, Hu biss;

Naghtik hwejgi u nichad minn issa

Kull ma jista' 'l quddiem lili jmiss".

 

Wara hwejgek u s-satra ta' fuqek

Milt malajr minn saqajk taqla' x-xedd,

Tajtu kollox, ftaqart! ghax fuq sehmek

Ma zammejt ghal quddiem, ebda jedd.

 

Hekk mahlul mill-gid fieragh tal-hajja,

Gmiel il-faqar kien jilma f'ghajnejk,

Xkora harxa: is-satra ta' tulek,

Habel ohxon: il-hziem ta' qaddejk.

 

F'dil-hruxija ta' faqar u cahda

Kieku ghidt li xi darba batejt

B'guh jew ghatx ghall-ghixien kien jahsiblek

Dak li jitma' l-aghsafar tal-bejt.

 

"Alla tieghi u kollox" f'ilsienek,

Lilu tbierek fil-ferh u t-tigrib,

Titma Fih u l-eghjun ta' kull htiega

Lejl u nhar miftuhin kont issib.

 

Mat-triqat dejjem hafi tiggerra

Minghajr hatar u horga, ferhan,

Issa tghanni l-holqien, kobor Alla,

Issa titlob ghal kwiet, f'San Damjan.

 

Fejn waqqaft dik ix-Xirka ta' Faqar

B'nies ta' dehen, nies ghorrief, qaddisin,

Biex issahhah il-Knisja ta' Kristu

Li caqilqu mis-sies xi bnedmin.

 

Din hidmitek: tirfidLu SaltnaTu,

Mhux bl-imterqa w bil-pal tal-bennej,

'Ma bil-kelma li tqabbad u theggeg

Qlub bl-imhabba lejn Kristu Feddej.

 

Ghalhekk bghatthom f'kull qasam tad-dinja

Halli jniedu ma' l-erbat irjieh,

It-Twemmin ta' Min fdiehom mill-jasar

Bis-Salib, lill-miljuni t'erwieh.

 

F'art imbieghda qalb wilga w muntanji

F'halq it-tigri l-iljuni w l-ilpup,

Telqu z-zrieragh iferrxu biex jinbet

Ward imsoqqi b'demm Kristu mislub.

 

Hemm rajt jiftah il-ward ta' lewn ahmar,

Fejn uliedek fuq l-iebes ta' l-art

Carcru demmhom, u l-Ordni Minuri

Bil-qdusija tal-Martri dakkart.

 

Ghadha l-art ma xorbotx demm uliedek,

Xfar ghajnejk ghadhom niedja bid-dmugh,

Tlaqt int stess lejn l-Egittu biex tressaq

Ghal hdan Alla, l-eluf li cahduh.

 

Mort il-qerq u t-tbixkil ta' Mawmettu

B'hila tikxef quddiem is-Sultan,

Li hsilt gbidtu ghall-Fidi kont tahtaf

L-Orjent kollu mill-hfin tax-xitan.

 

Ergajt lura soghbien, lejn pajjizek,

Sibt gens iebes, cahadlek is-smigh,

Kemm xtaqt terfghu mill-bahar tal-hazen!

Webbes rasu ried jibqa' fil-giegh!

 

Bit-twiddiba ta' Sidek fi hsiebek:

"Fejn m'hemmx smigh, ara qatt titlef kliem"

Tlaqt ixxandar - xi hlewwa! - kliem Alla,

Lill-aghsafar, lit-tjur u 'l-hamiem.

 

Bdejt tfissrilhom it-tjieba ta' qalbu,

Kif bla xoghol, minghajr zrigh u bla hsad,

Qed ighajjixhom kuljum u jisqihom

Mill-ghadajjar u l-gieri tal-blat.

 

Kemm habbewk, San Frangisk, dawn il-hlejjaq!

X'kellhom bik, allavolja ckejknin!

Kienu l-zrieragh inaqqu minn idek

U fuq spalltek telghin u nezlin.

 

Ta' sikwit jigu f'hogrok jitfissdu

Jew jitgeddsu ma' djulek ghall-kenn,

Mhux ta' b'xejn ihobbuk! ghax min bhalek

Kien ihobbhom, b'imhabba ta' genn?

 

Il-holqien kien ghalik poezija,

Ighanni l-kobor ta' driegh il-Hallieq,

Kien il-qasam fejn zara' l-gherf Tieghu,

Fejn ta' gmielu rajt l-ewwel zerniq.

 

L-ghozza tieghek u mhabbtek il-hlejjaq,

Xemx u qamar, il-kwiekeb u n-nar

Tghoddhom b'hutek, u l-bahar u s-sema,

L-art, il-bhejjem u t-tjur kbar u zghar.

 

Lil min tobghod? lill-mewt? kienet ohtok!

Ghal imhabbtek m'hemmx qies lanqas kejl,

Kont iggerragh mit-tigra li tbiccer

Sa'n-nemusa li toqros bil-lejl.

 

Ghax fic-cokon tal-hlejjaq kont tilmah

Kobor Alla li zara' s-smewwiet

Bil-miljuni ta' kwiekeb, u l-ibhra

Zeghed bil-hut, u l-holqien bil-hlewwiet.

 

Ghid min bhalek jew daqsek, O Fqajjar,

Gharaf jisraq l-imhabba mill-qlub

Tal-bnedmin u tal-bhejjem, min bhalek

Seta' jrazzan il-qilla tal-lpup?

 

Griet ix-xniegha fl-inhawi ta' Gubbio,

Wahx u biza' fin-nies malajr qam,

Lupu mharrax, migwieh u bla razan,

Ta' kull lejla kien johrog fid-dlam.

 

Miskin hu, min kien jaqa' taht snienu,

Ghax kien jahtaf u jibla' li jsib,

Fejn tarah b'ilsien twil nofsu barra

Jew tisimghu jinfexx fit-titwib.

 

In-nies twerwret bix-xniegha li qamet;

Kienet xniegha? kien lupu tassew!

Hafna rawh, min inheba go daru,

Nies ohrajn dawk l-inhawi hallew.

 

Int ridt tkun, biex trattablu l-qalb iebsa!

Barra l-Belt mnejn kien johrog ihuf,

Mort stennejtu, kif hareg sejjahtlu,

Sama' lehnek, gie hdejk bhal haruf.

 

Hija lupu, - bdejt twiddbu bil-hlewwa -

Waqt li nizel quddiemek u miel,

Qis li twaqqaf dil-qirda ta' hasra,

Ara tibqa' halliel u qattiel.

 

Hadd min-nies ta' dil-Belt ma kien jahmlek;

Isma' minni, tinsiex li jien huk!

Weghedni kelma li traqqad kefritek

U n-nies twieghdek li jibqghu jaghlfuk.

 

Gwejjed, hiemed u mans fi hruxitu,

B'qalb soghbiena, quddiemek mixhut,

Radd il-weghda, x'hin f'idek tak idu

Quddiem gemgha ta' nies, kollha xhud.

 

Zammha kelmtu! sar wiehed ta' gewwa,

Ta' kuljum kien izurhom dar, dar,

Loqma hobz, bicca laham jew ghadma

Inewwillu kulhadd, mar fejn mar.

 

Dejjem jilghab mat-tfal fejn issibu,

Jigru mieghu, l-ghors taghhom jinbxuh,

Min igebbdu minn denbu, min jaghfsu.

X'hajja hienja ghadda maghhom, mitmugh!

 

Jekk habbewk l-annimali salvaggi

Li mhabbithom imxiet wara s-snin

Sa daz-zmien, Missier tieghi Frangisku,

Haga xierqa jfiobbuk il-bnedmin.

 

Bi qdusitek, jekk libet il-lupu,

Ghal qdusitek, jekk twarrad ix-xewk,

Bi qdusitek iggennu l-aghsafar,

Ghal qdusitek il-hlejjaq habbewk.

 

Int sahhart il-holgien bi qdusitek,

Kellek seher kif tigbed il-qlub.

Mhux bhad-dinja li b'sengha mishuta

Qed tistadhom bis-snanar tad-dnub

 

'Ma bit-tjieba li tiddi fuq wiccek,

U bis-safa fil-harsa t'ghajnejk,

B'nar l-imhabba fil-magmar ta' qalbek,

Qalb il-bniedem sahhart u gbidt lejk.

 

Kif iduru mal-misgja l-aghsafar

Jekk bil-ghatx, u maz-zrieragh, bil-guh,

Qatgha qatgha x-xbejbiet daru mieghek

Biex tharsilhom is-safa tar-ruh.

 

Mhux bizzejjed waqqaft l-ewwel Ordni

Ghas-subien patrijiet w ajkijiet,

Kien jehtieglek mill-gdid izzid iehor,

Gnien li jfewwah bil-fjur tax-xbejbiet

 

Kienet Klara ta' l-ewwel li xehtet

Taht saqajha, bi hrara ta' genn,

Il-frughat u l-bluhat ta' dil-hajja

Biex izzanian dal-mahrab ta' kenn,

 

Fl-eghzez jiem ta' xbubitha, bhal warda

Meta tiftah ghal habta t'April,

Dahlet fl-Ordni tinghalaq ghal zmienha,

Boghod mill-mansab tal-ghadu qalil.

 

Bdiet hajja iebsa ta' faqar u cahda

Taht il-harsa t'ghajnejn is-smewwiet,

B'safa tisboq il-bjuda tal-gilju

Tedha tahdem u titlob fis-skiet.

 

Klara kienet dukkara qaddisa!

Kif fi zmienu jiddakkar it-tin,

Hekk lil shabha dakkrithom bil-hajra,

Bdew warajha kotrana dehlin.

 

U mill-bahar imqalleb tal-hajja

Fejn bhal dghajsa bla mqadef u qlugh

Habbtet wiccha, xbubithom, mal-gharqa,

Dahlu f'hajja kennija tar-ruh.

 

Imma tghid kien bizzejjed dan l-Ordni

Hekk imsejjah: "Ta' l-Ahwa Ckejknin?"

Ga fhaht tnejn ghall-ghozzieba; x'ser jaghmlu Jibqghu barra l-ohrajn mizzewgin?

 

Jew insejt, Missier tieghi Frangisku,

Meta naghga triq hadet bi triq,

Ir-Raghaj taghha kemm gharaq u thabat

Biex gibidha mix-xewk u l-ghollieq

 

U dahhalha ma' shabha fil-merhla

Xhin hatafha minn xfar it-telfien?

Waqqaf iehor biex l-ahwa ta' barra

Ma' ta' gewwa mixjiethom flimkien

 

Wara tieghek ihaffu, biex bhalek

F'dit-triq iebsa kulhadd jista' jsib

Il-muftieh tas-smewwiet, ghuda tqila,

Li Gesù garr fuq spalltu, s-Salib.

 

Malajr harget mis-sigra qaddisa

Rimja gdida; x'ferh qajmet l-ahbar:

"Tista' tidhol in-nies fit-Terz'Ordni

Bla ma thalli 'l uliedha u d-dar."

 

Ma' kull naha tad-dinja, bhal berqa

Meta tlehh bejn is-shab mill-punent,

Griet ix-xniegha ta' l-Ordni li twaqqaf

Barra l-kenn ta' hitan il-kunvent.

 

L-ewwel Ordni kien mahrab ghal-zghazagh,

L-Ordni l-iehor kien laqgha ghax-xebbiet,

It-Terz'Ordni kien hogor ta' merhba

Ghal kulhadd, kienu fqar jew rejiet.

 

Lejk, bhall-foqra li jigu bil-landa

Wara l-bieb tal-kunvent ghat-tisjir,

Beda riesaq, biex jidhol terzjarju,

Kull min sama', biex ibnek isir.

 

Int ilqajthom fi hdanek bil-ferha,

Kif l-omm tilqa' f'hogorha l-uiied,

B'ghozza kbira habbejthom tul hajtek

U bqajt thobbhom sal-lum mis-smewwiet.

 

Sirt missier ta' familja qaddisa,

Raghaj ta' merhla li tirgha fil-gid

Ta' l-erwieh, halli bhalha jingabru

Taht raghaj wiehed mhux hafna tixrid.

 

U bil-gharaq li zerzaq fuq gbinek

Sakemm kibret dis-sigra saqqejt;

Mhux bizzejjed ghalik dal-gid kollu?

Mhux bizzejjed kemm s'issa batejt?

 

Qalb li thobb, il-mistrieh, fit-tbatija,

Fit-tiksir u l-mohqrija ghall-mahbub

Issib dejjem; hekk qalbek mahruqa

B'nar l-imhabba, tistrieh meta ddub

 

U tinhall bhal ruttan fuq il-gamar

Ghal Gesù li minn dejjem habbejt,

Mhux bizzejjed ghalik dal-gid kollu!

Mhux bizzejjed kemm s'issa batejt!

 

Ghad trid tahdem, tinhagar u tbati,

Trid tistabat mal-art taht l-ugigh,

Ghad trid toghdos fil-bahar ta' mhabbTu

Sakemm qalbek sa fl-ahhar tistrieh.

 

Ghad imhabbTu tifilgek ghal kollox,

Naqra, naqra, bhal marda ghad tifnik,

U titilfek bil-genn, izda fl-ahhar

Mohbet qalbu, bi hlas ghad jurik.

 

L-ghaxqa tieghek tinthaqar ghal Alla,

Biex hdejH tasal ghazilt l-iqsar triq,

It-triq kiefra tad-dmugh u tac-cahda,

It-triq harxa tax-xewk u l-ghollieq.

 

Bis-Salib ta' Min fdiena fuq spalltek,

Kont tixtieq, minn did-dinja mahlul,

Tigi l-mewt biex tinghaqad ma' Kristu,

B'hekk rajt izjed iz-zmien qed itul.

 

Ghadu z-zmien, ghad mhux waqt li tintrefa'

Minn dal-wied, fejn ghixt dejjem batut,

Ghax Min riedek titwieled f'maxtura

Bhalu riedek, kif ghixt ukoll tmut.

 

Ibqa' haddan u tghannaq sa l-ahhar

Mas-Salib, il-muftieh tas-smewwiet,

Bih infdejt, bih trid tidhol fil-hena

Tar-rebbiegha ta' l-isbah ghodwiet.

 

Ghax lid-dinja ghad trid tghallem kif tbati,

Tghix fic-cahda, thobb l-hemm u t-tigrib,

Ghad trid tfehemha b'ghamilek kif tikseb

Is-smewwiet: tarak terfa' s-Salib.

 

Jinxfu l-ibhra, jittieklu l-muntanji,

Jaqghu l-kwiekeb u x-xemx mis-smewwiet,

L-art u s-sema xejn inqas ma jghaddu,

Ighaddi kollox, minbarra l-kelmiet

 

Ta' min qal: "Jekk trid timxi warajja

Jehtieg lilek innifsek kuljum

Tichad, trazzan u terfa' salibek,

Tghix ghal kollox mid-dinja miftum."

 

Tghid min daqsek fehem tajjeb kliem Alla?

Wara tieghu mixjietek int tlaqt

Bis-Salib, ghixt miftum minn did-dinja,

Ghixt imcahhad u Mieghu tghannaqt.

 

Qed niftakar, bid-dinja taht riglek

Qieghed tghannaq b'dirgflajk lill-Feddej;

Il-Pittur bil-pinzell dejjem gibdek,

Dejjem hazzek bil-pinna l-ghannej.

 

Kulhadd gharfek u stqarrek, Xebh Kristu!

Haga wahda t-tnejn sirtu f'xulxin;

Hekk tixhdilkom it-telfa ta' mhabba

F'dehra mqaddsa: flimkien imghannqin.

 

Alla hatrek l-ghaziz tal-qalb Tieghu,

Riedek tidher f'ghajnejn il-bnedmin

B'qalb mixghula bl-imhabba tas-sema,

B'qalb ta' bniedem mibdul f'Serafin.

 

Biex id-dinja fid-dawl ta' qdusitek

Dejjem riesqa lejn xfar it-telfien,

Tibda miexja warajk fil-qdusija,

Boghod mid-dwiefer tal-ghadu hajjien,

 

U soghbiena tintelaq fi hdanu

Tara lilek kif dejjem intlaqt,

B'imhabbitha titghannaq ma' qalbu

Kif b'imhabbtek int MiegHu tghannaqt.

 

Hajtek mera ta' faqar u razan,

htajtek ghanja miktuba bid-dmugh,

Randan iebes ta' sawm u ta' cahda,

Karba twila ta' bniedem migugh,

 

Ghixt mahqur, ghax tbatija w imhabba

Hajtek kollha, bhal ahwa tewmin,

Laqqajt fik u flimkien fnewlek qalbek

Sakemm sahhtek mifluga bdiet tnin.

 

Fuq l-Alvernja, l-Kalvarju ta' hajtek,

Sentejn qabel ma tmut u tintemm

Gesù riedek fl-istorja ta' hajtek

Tikteb grajja mahzuza bid-demm.

 

Hemm l-imhabba tilfitek ghal kollox

Waqajt ghaxi ghal mejjet ma' l-art,

Hemm kixiflek il-mohba ta' qalbu

Hemm il-milja ta' mhabbtu fik gbart.

 

Kienet lejla tax-xahar ta' Settembru,

Ix-xemx nizlet ghal wara l-gholjiet,

Beda riesaq il-lejl, waqghat dalma

Fuq il-hajja. L-Alvernja fis-skiet

 

Ebda hoss f'dawk l-inhawi hemdija

Hlief ta' sigar jitbandlu fir-rih,

Waqt li wahdek qed tishar u tahseb

X'garrab Sidna biex feda l-erwieh

 

U mixtieq li jaghtik imqar xrara

Mit-tbatija bla qies tas-Salib,

Filli wahdek fuq l-Gholja dalmija,

Filli dija dwar wiehed gej qrib;

 

B'sitt igwienah taht ghamla smewwija

Gesù mohbi f'surit Serafin

Deher jittajjar qalb safef ta' dija,

Nizel hdejk, tak il-pjagi mqaddsin.

 

Bihom rabtek u sammrek ma' qalbu

Kif imhabbTu sallbiTu ghalik;

Tista' tghid: m'ghadikx izjed tghix inti,

(Bhal San Pawl) izda Kristu jghix fik.

 

Ghax fik halla xbiehtu mitbugha,

B'demmu laqqmek u sawrek mill-gdid,

Hekk kif ommok sawritek minn demmha,

Halli fih terga' ghat-tieni twelid.

 

Kien fik ghaxqa tiggerra m'Assisi

Bid-demm joqtor mill-pali ta' jdejk,

Mill-kustat fuq in-naha ta' qalbek,

U mill-hofor it-tnejn ta' riglejk.

 

B'harsa mghaggba lejk harset id-dinja

Ghax mhux dari, fejn jirfsu saqajk,

Tibqa' tidher mat-triq l-ghamla taghhom

Bil-ftit demm li kont thalli warajk.

 

Kien kulhadd bi qdusitek jissahhar,

Jisthi minnek, bhal Kristu migruh,

Hadd ma thejjel li jidher quddiemek

Qabel jahsel htijietu bid-dmugh.

 

Kont tal-ghageb fi hsiebek u f'feh'mtek!

La kemm taqbad u tghid: qaddisin!

Kellek fehma, fejn tmiss il-qdusija,

Xejn ma taqbel ma' taghna l-bnedmin.

 

Serafin!... b'hames Pjagi!!... Xebh Kristu!!!

B'danakollu kont thossok 'il boghod

Mill-qdusija; ma nafx kif hassejtek

Bla misthoqq li tinhtar sacerdot!

 

Jien nishajjel kien jitlef il-bjuda,

Kieku l-gilju ma' genbek, qaddis

Ta' ruh safja, jitressaq, u lewnu

Hdejn bjuditek kien jidher tidnis.

 

Ma rridx nghidlek: "Missier tghoddnix b'ibnek

Sakemm naghti 'l din l-ghanja t-tiswir

Ghax in-nies xogholha tmaqdar u nibza'

Li tghoddhieli, mhux Thaqq 'ma ftahir."

 

Ghaliex issa rrid naghlaq ghajnejja

Bla ma noqghod nahsibha darbtejn,

Nibqa' ngholli qdusitek sas-sema;

Jekk fahhartek ghax kelli ghalfejn!

 

Irrid nifleg is-sahha tal-pinna

Fuq qdusitek, isir dak li jsir,

Ma nqishiex jekk xi hadd imaqdarni,

Ghax li nhobbok mhux ghajb izda dmir.

 

Ma nsibhiex li n-nies ghandha tmaqdarni

U mhux ghaqal jekk tghoddu ftahir

Meta l-iben ihobb lil missieru;

Min ighid hekk, bniedem mohhu qasir.

 

Ghax Jekk habbek Dak Alla li halqek,

Ma nifhimx, ghax habbejtek ftahart,

Izjed nahseb ta' min imaqdarni

Meta giehek b'ghamili kasbart.

 

Lilek thobbok in-nahla daqs l-ajkla,

Lilek thobbok il-bhejjem u n-nies,

Il-hamiem u l-aghsafar ta' l-ajru

U kulhadd, ghax qdusitek bla qies.

 

Ghalkemm issa messejt il-quccata

Tal-Kalvarju, bil-Pjagi mqaddsin,

Ghadek tahdem ghajjien u bla sahha

Biex issib in-naghgiet mitlufin.

 

Issa tghallem u titma' lill-foqra,

issa ddewwi dabriet l-imgiddmin,

Daqqa tfarrag u ssabbar 'il-morda

Ohra tehles in-nies imxajtnin.

 

Izda ghalkemm ghadek tahdem; minn sahhtek

Bit-tbatija w bl-imhabba miflug,

Hajtek riesqa lejn xifer il-qabar

Dalwaqt diehla fil-Gnien taz-Zebbug.

 

Tista' tgharraf lis-Sema li xoghlok

Fuq din l-art safa' ghal kollox mitmum,

M'ghadikx tiflah ghal xoghol u tbatija,

M'ghadikx tiflah tinhagar u ssum.

 

Waslet, fl-ahhar, is-siegha ta' hajtek!

L-arlogg qorob biex jolqot il-waqt

Halli jdoqqlok mal-hin il-qanpiena

Tal-helsien minn did-dinja, kif xtaqt.

 

Tlabt 'l uliedek jehduk fil-Porzjunkola

Fejn jiem hajtek ittemm kont tixtieq,

Dawn soghbiena meddewk fuq zewg twavel,

Telqu bik, u waqqafthom f'nofs triq.

 

Ilmaht boghod 'l art twelidek, Assisi,

Waqfu bik, fuq idejhom merfugh,

Qomt beriktha ta' l-ahhar bi sliema

U nfexxejt, bhal tarbija, fid-dmugh..

 

Lejn il-Knisja ta' l-Angli bqajt miexi,

Kif wasalt, fuq il-qiegha ta' l-art

Mort timtedd, biex ta' fqir ittemm hajtek,

Minghajr hwejjeg imterter bil-bard

 

Hassew qalbhom uliedek, mifnija,

Raw li hajtek ma ddumx ma tintemm,

Bewsa tahraq raddewlek ta' mhabba,

Kif taf tohrog wehidha fil-hemm.

 

Int biz-zliega f'ghajnejk harist lejhom

Qieghed tmut fuq il-kiesah ta' l-art,

Tajthom l-ahhar twiddib u berikthom,

Imbaghad f'daqqa ghal hdan Alia ttajjart.

 

Kien Ottubru, l-aghsafar migbura

Fuq is-sigar, ohrajn fil-bejtiet,

Ix-xemx temmet il-mixja ta' jumha,

Meta hajtek ma' nifsek inhliet.

 

Bhal Min qal: "Ghandu l-volpi l-kenn tieghu

u l-aghsafar ta' l-ajru l-bejtiet,

'Ma Jien lanqas fejn biss immidd rasi."

San Frangisk rasu mejjel u miet.

 

0 Missier, lanqas demmek ma kesah,

Bit-tbatija ghadu wiccek gharqan,

Ghadha tleqq fuq ghajnejk l-ahhar demgha,

U ga ruhek fi hdan is-serhan.

 

Tgawdi 'l Alla f'hajja ohra, b'jiem godda,

Boghod min-niket, mid-dmugh u t-tigrib,

Fejn il-ferh u l-mistrieh jeghleb bosta

Lit-tbatija w 'l-imrar tas-Salib.

 

B'wiccek jiddi bhax-xemx ta' filghodu,

Ma' genb Kristu, f'nahat il-lemin,

M'ghadikx fqajjar u hafi, bhal dari,

Ghandek 'l Alla; staghnejt fuq l-ghonjin!

 

Jien, nisthajlek, mill-gholi tas-sema

Ta' kuljum fejn il-gonna ta' l-art

Toqghod thares u ggieghel itenni

B'fommu mbexxaq, minflokok, il-ward:

 

"Alla tieghi u kollox" minn dejjem.

"Alla tieghi" il-bierah u llum.

"Alla tieghi u kollox" u jibqa'

"Alla tieghi" sakemm Alla jdum.

 

Hemm wasslitek l-imhabba ta' qalbek,

Hemm fuq tellghek il-genn tas-Salib,

Fejn sibt 'l Alla, fawwara ta' kollox,

L-eghzez mohba li qatt stajt issib.

 

M'ghadekx izjed tghix mohbi ghad-dinja,

M'ghadekx tista', bhad dari, tickien,

Illum ismek zied kewkba fis-Sema,

Illum ismek miklum b'kull ilsien.

 

Daqskemm xtaqt li tghix mohbi fi zmienek,

Kieku stajt kont tinheba fit-trab,

Daqshekk iehor kixfitek qdusitek

U refghetek wisq oghla mis-shab.

 

Regheb Lucifru, ghal Alla, fis-sema,

Gholla lehnu, dlonk safa' mahnuq,

Tgerbeb jigri bis-sahta fuq rasu,

W int, Missier, tlajt minfloku hemm fuq.

 

X'bidla dik!  filli mohbi f'maxtura,  

Gheri laham, fuq erba' tibniet,

Filli mlibbes bis-satra tas-Sema,

Donnok kewkba fuq, l-oghla smewwiet.

 

Mhux ta' b'xejn, Missier tieghi, fahhartek,

Kien jixraqlek jekk jien ftahart bik!

Mhux ta' b'xejn jekk ghannejtlek qdusitek,

Ghax it-Tabor kien siggu ghalik!

 

Issa nghaddas il-pinna go qalbi,

San Frangisk, Missier tieghi l-ghaziz,

Biex niktiblek bil-linka ta' demmi

"Int Qaddis u Qaddis u Qaddis."

 

Patri Mattew Sultana OFMCap

1 ta' Novembru 1951

 


Din il-Poema ta' Patri Mattew Sultan dehret bl-isem Poema ta' Ferh u Tifhir lill-Patrijarka San Frangisk t'Assisi fil-Ktieb Tliet Ghanjiet - Il-Hajja ta' San Frangisk t'Assisi, Il-Leggenda tal-Ghasfur, il-Holma tal-Genna, Veritas Press, Zabbar, 1970, pp 2-23.

Valletta  11.11.2003


 

Poema

ta'

Patri

Mattew Sultana OFMCap.