|
Poezija Frangiskana |
|
|
Lill-Patrijarka Serafiku ta' Geoffrey George. Attard Lill-Patrijarka Serafiku
San Frangisk, Kbir Partrijarka, Il-Qaddis tas-sliem, tal-paci Li b'ghemilu u li b'kelmtu Wera mhabbtu lejn Gesù. San Frangisk, Habib tal-bniedem Kif ukoll ta' l-annimal Int kont tixbah sa mill-bidu Lis-Sid tieghek li habbejt Gesù Kristu, illi tieghu lilna wrejt It-triq tajba li twassalna ghal bla tmiem eternità. Sahansitra f'ghar twelidt, Wara Kristu timxi ridt, U mid-dinja fis infridt U tbieghed mill-kiebja unuri ta' din l-art taghna l-bnedmin Hallejt gidek, Hallejt darek. Sabiex taqdi lil min gieghek Biex jekk trid lilu taghtih hajtek kollha, biex imbaghad wara hajtek tmur tgawdih. Minn salib mirakuluz Kellmek Kristu, li tal-Knisja Hu l-Gharus. Qallek tibni l-Knisja tieghu Mort int taqbad dawk il-gebel Sabiex tobdi dak l-amar. Izda Hu qallek mhux biex tibni b'dak il-gebel t'Alla d-dar 'ma sabiex fil-ghalqa tieghu Inti fis tissieheb mieghu Biex mill-gdid fuq dik il-gebla Tibni l-knisja, mhux tal-gebel li hi mejta Imma t'Alla, li hi l-bejta Fejn l-Insara jsibu l-benna jsibu l-ghaxqa tal-Hallieq. Kristu iehor jien nisthajjlek B'dawk il-pjagi go idejk Gesù Msallab jiena nahsbek B'dawk il-pjagi go riglejk. Fil-kustat qaddis minn tieghek Hemm pjaga ohra illi taghmlek Kristu iehor fuq din l-art. Izda mbaghad biex xoghlok jibga' u jmur joktor bla dewmien Mort imbaghad nies mieghek gbart. U waqqaft dik l-akbar Ordni Illi xterdet u nfirxet Ma kull naha ta' din l-art L-umilta, virtù mill-akbar Dehret kif tiddi sabiha Meta bqajt Djaknu tal-Knisja Uma sirt qatt sacerdot. Lbist mbaghad il-libsa fqajra Fis jien rajtek b'kbira, hajra Li tmut martri ghal Gesù. Imma min ser jaghmlek martri Jekk ukoll l-istess ghedewwa Raw fis fik lehen is-sewwa Lejk ingibdu u habbewk. Ma kienx hemm lok ghall-martirju Kont wisq helu, kont wisq twajjeb Biex issib min lilek jahqar Ghaliex thaddan dak twemminek It-Twemmin tas-Salvatur. San Frangisk, habib tal-foqra Int li tghin lil dawk imwarrba hekk mahbub minna l-bnedmin. Minn gol-Genna, qaddis taghna Haga wahda nitolbuk Imhabbitna ilkoll nuruk Nixtiequk u rriduk Li int tibqa' dejjem maghna O Glorjuz, Kbir Patrun taghna.
Geoffrey George Attard
Din il-Poezija Derhet fir-rivista Dawl Frangiskan, Ottubru 1998, p.25. Assisi 6.10.2003 |
Poezija ta' Geoffrey George. Attard
|
|