|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Poeta jiftah qalbu ma' San Frangisk ta' Mons. Pedro Casaldaliga Il-Poeta jiftah qalbu ma' San Frangisk
Missierna Frangisku kif sejjer fis-sema? U int, ohtna Kjara, u l-bqija tal-Gemgha?
Hawnhekk, f'din id-dinja hajjitna fil-hemm; ghaliex hawn wisq reghba u mhabba kemm kemm.
L-imhabba divina ma jaf biha hadd; l-imhabba umana f'lejl wiehed tintradd.
Hawn daqs nofs id-dinja li qed tmut bil-guh; l-ohrajn daqskemm jibzghu gew qishom bla ruh.
Teknokrati hafna; poeti ftit wisq. Eluf professuri, l-profeti bla rizq.
Firem, dokumenti, armi u ftehimiet; dawn jibnu l-Istorja u jmexxu l-Ibliet.
U ommna n-Natura qed tibki t-tinqis tal-arja, tal-ilma, tas-sema... bl-irhis.
Il-ward u l-ghasafar joqtolhom tferfir; ghax kollox jitmexxa mil-lpup tat-twerwir.
Ftit hawn illi zammu lil qlubna jixghelu bil-genn tassew gharef tal-kliem tal-Vangelu.
Is-Sinjura Faqar li hi ferh bla qies, issibha fil-kotba u mhux galb in-nies.
Kull triq tiehdok Ruma; ghal Betlemm hawn ftit; u dik tal-Kalvarju taqtaghlna l-aptit.
Il-Knisja ommna mqaddsa xi ftit issewwiet; izda hawn hafna Kurja u karizmi wahdiet.
Min kien prepotenti irdoppja t-tizjin; il-qligh u l-mibeghda imqabbda f'xulxin.
Trattati u patti u l-gwerer jizdiedu: ghax zejt mad-demm jibdlu l-imperjali riedu.
Missierna Frangisku din l-art, issa, gharrquha; ahjar wahda gdida minflok ma nibdluha.
Meta Gesù Kristu u Ommna Marija jigu biex jghinuna nibdlu dil-moghdija
irridu minn qalbna tkun hemm dak il-hin u Kjara u l-Gemgha tal-Ahwa henjin.
Mons. Pedro Casaldaliga, Isqof ta' Sao Felix, fil-Mato Grosso - Brazil
Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, ghadd 128, Marzu 1993, Assisi 6.10.2003 |
Poezija ta' Mons. Pedro Casaldaliga
|
|