Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


'il Fuq, 'il Fuq


ta' Mons. Frans Baldacchino OFMCap.


'il Fuq, 'il Fuq

 

Bhalma Kristu,

ghajjien u batut,

tela' sal-quccata tal-Kalvarju...

hekk tela' l-Fqajjar t'Alla, Marid u bla sahha,

ma' l-Alvernja.

 

Hemm fuq,

bejn art u sema,

tahtu, il-poplu li Kristu feda,

fuqu, Missier hanin li l-qlub lejh jigbed,

u hu bejniethom.

 

Bhal hamiema safja,

idejn herqana,

'il fuq, 'il fuq, mifruxa, refa';

harstu dghajfa fuq vojt ikhal sammar,

biex 'l hemm minnu jara.

 

B'nirien ta' mhabba mkebbsa

qalbu habbtet,

f'qafas sidru qabzet,

imxennqa biex tohrog tittajjar, titwahhad

ma' min habbha.

 

In-nar divin li darba dewweb

u ghagen lill-Hallieq

f'forma ta' hlejqa fqajra,

lil Kristu issa gibed u nizzel,

mis-sema ghal fuq l-Gholja

fejn ma' qalbu haddan

lill-Fqajjar t'Alla

 

***

 

Bhal dell skur,

bla sahha, se jaqa'...

jitwiezen ma' hatar,

ghajnejh ga morda,

b'dawl Kristu mghammxa...

deher niezel ragel ghajjien

mal-genb tal-gholja, minfud gismu,

migruh u mdemma,

kif darba Kristu mexa,

mghobi b'salibu.

 

 

Mons Frans Baldacchino OFMCap.

Isqof ta' Malindi, Kenja


Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, Ottubru 2000, p.24.

Assisi 6.10.2003


 

Poezija

ta'

Mons Frans Baldacchino

OFMCap.