Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Dawl Frangiskan - 200


ta' Patri Wistin Attard OFMCap.


Dawl Frangiskan - 200

 

Bhal bidwi jdur fl-ghelieqi b'hodon zrieragh

Iferrex 'hawn u 'l hinn il-qamh felhan,

Jistenna s-sema jkabbar, jaghni l-hidma.

U n-niket jghib u jfigg il-wicc ferhan.

 

Hekk int ghal hafna drabi grejt dal-gzejjer

Ixxandar hena w gid bla heda xejn.

Min jghodd il-frott tal-hidma himda tieghek?

Mhux darba w tnej rajniek, sa llum MITEJN.

 

Ghax hekk wassalha l-Bxara gewwa Assisi

Il-Fqajjar ghani, miexi kollu skiet,

U n-nies imxennqa ghall-paci griet ghal djulu.

U l-qalb li sabet kenn, ferhet u bkiet.

 

Zejjint il-bixra rzina ma' kull mixja,

Tahbit il-qalb inbidel ma kull zmien;

'Mma l-hsieb qaddis li Kristu jsaltan fina

Dan le, ma rhejtu qatt, jibqa' kif kien.

 

Tghejjex issemma' lehnek, ibqa' terraq,

Il-dija tad-dawl tieghek triq is-sliem.

Bil-qoffa f'idejk qassam hobz is-sewwa.

Fi hsiebek hemm il-hajja ta' bla tmiem.

 

Patri Wistin Attard OFMCap.


Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, Mejju 2000, p.24, fl-okkazjoni ta' l-ghadd 200 ta' l-istess rivista.

Assisi 4.10.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Wistin Attard

OFMCap.