Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


"Kapuccin: Huk iz-zghir..."


ta' Patri Wistin Attard OFMCap.


"Kapuccin: huk iz-zghir..."

400 sena ta' hidma 1588 - 1988

 

Kienet siegha ta' bizgha ghal gziritna:

L-art imdallma mid-dhahen tad-drib;

Ried il-Qamar fi tmiemu jahtafna,

Imma iebes sab driegh is-Salib.

 

Deher, f'dil-qillq, Robertu qalbieni

Jaghti l-bxara u jwettaq il-qlub,

Jahfer, jghannaq, jixxotta mid-dmija

Lill-imsejken li safa' midrub.

 

Kienet dehra li safifiret, fuq artna:

Leffa fqira, minn qaddu marbut,

Lehja kbira, taht riglu bicca ghatja,

Rasu mkella, bi Kristu mislut.

 

Xtaq li jigu, il-Granmastru Verdala,

L-Ahwa z-Zghar Kapuccini, u hekk sar.

T'hom minn jeddu art, saqaf u ikel;

Mexxa Patri Rafel l-ewwel dar.

 

Kien il-bidu ta' mixja qaddisa:

Din il-fergha li thawlet mill-gnien

Ta' Frangisku, dlonk tawlet dirghajha

Tkattar frottha mal-medda taz-zmien.

 

Illum kibret . .. uliedha; mifruxa

Ma' dal-gzejjer u 'l boghod f'artijiet.

Hajja twiia ta' ERBA' MITT SENA!

Hajja mseddqa mill-oghla smewwiet.

 

Liema rokna tal-gzejjer mahbuba

Ma laqghetx Kapuccin b'wicc ferrieh!

Imqar xwejha wehidha go darha

Sabet fih il-bastun tal-mistrieh.

 

Rah hdejn soddtu l-midrub fit-taqbida,

Rah il-hati waqt l-ahhar mument;

Sab il-habsi kull farag fi kliemu,

Sab il-fqajjar il-hobz fil-kunvent.

 

Il-marid go l-isptar sabu fejnu,

Ghal min mghobbi bis-snin, qieghed hemm,

Min imgharraq fin-niket tat-telfa

Ta' l-eghziez, sabu l-hena fil-hemm.

 

Kapuccin: huk iz-zghir, jekk int fqajjar,

Kapuccin: huk iz-zghir, jekk sinjur,

Kapuccin: huk iz-zghir, jekk int f'sahhtek,

Kapuccin: huk iz-zghir, jekk maghdur.

 

O Frangisku harisha fi mhabbtek

Lil dir-rimja li tajt lill-Maltin;

Kattar l-ghadd ta' l-ulied biex dil-hidma

Tibqa' tikber mal-mixja tas-snin.

 

1. Patri Robertu minn Eboli, hu l-ewwel Kapuccin li hu maghruf li gie Malta.

2. Patri Rafel minn Hal Tartari (Dingli) flimkien ma' xi patrijiet ohra ghaqqdu ewwel familja Kapuccina f'Malta.

 

Patri Wistin Attard OFMCap.

 


Din il-Poezija nkitbet fl-okkazjoni ta' l-400 sena ta' hidma tal-Kapuccini f'Malta (1588 - 1988) u dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, 1988.

Assisi 4.10.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Wistin Attard

OFMCap.