Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk


ta' Judith Gatt OFS.


San Frangisk

 

Dawn il-ftit versi

huma grialik,

ghax jien bhalek inhobb nikteb

u nqabbel il-kelmiet.

 

O helu SAN FRANGISK

kemm nixtieq li nimitak,

biex il-foqra

inhobb ahjar.

 

Int ragel twajjeb

umli u hanin,

ghamel li jien

ghal marid, ikolli aktar zmien.

 

Il-habib ta' kulhadd

l-aktar tal-morda u l-fqajrin,

ghax fihom kont tara lil Kristu,

jbati fl-istess hin.

 

Kont thobb wisq il-kampanja

titghaxxaq bil-holqien,

u spiss lil ALLA tfahhar,

tirringrazzjah ta' dan il-gmiel.

 

Ix-xemx tghidilha ohtok

lill-qamar tghidlu huk,

l-ghasafar, l-annimali, l-hut

ilkoll ahwa f'Gesù.

 

In-nies t'Assisi hasbu

li minn mohhok inti ntlift,

izda kienet biss l-imhabba

li kellek ghall-Hallieq.

 

Ghodwa wahda l-Mulej kellmek

gewwa l-knisja ta' San Damjan,

u qallek biex tmur tibda

issewwilu d-dar.

 

Hekk ghamilt int,

ghax il-kliem tal-Mulej ma fhimtx,

bdejt issewwi, knisja wara knisja,

sa fl-ahhar sa kemm fhimt.

 

Imbaghad fhimt sew

il-Mulej Gesù xi jrid,

u dlonk ir-rieda Tieghu,

inti ghamilt.

 

Mieghek kellek xi ftit hbieb

li fuq il-passi tieghek mxew,

mizzewgin lis-Sinjura Faqar,

il-ferh taghhom beda jitkattar.

 

Imbaghad fegget tfajla

wkoll riedet tghix, f'dal-faqar assolut,

u ttajjitha riedet taghtiha

lill-gharus taghha Gesù.

 

Int accettajtha

u maghha ssiehbu x'uhud,

li hallew dar ommhom u missierhom

ghall-mahbub taghhom, Gesù.

 

Biex tahseb f kulhadd,

Ordni iehor waqqaft,

ta' Lajci twajbin

li jghixu l-Vangelu ta' Kristu Divin.

 

Fi Greccio fil-Milied

meta griamilt dak il-presepju haj,

fil-maxtura deher ii-Bambin

u l-ferh inxtered ma' kullimkien.

 

Tadura b'qima kbira

lil Gesù fl-Ewkaristija,

O! X'ferh kont thoss go fik

kull meta kont tirceviH.

 

Fuq wiccek dejjem tbissima

lejn dak li habbejt,

u inti mieghu

it-tbatija sofrejt.

 

Hemm fuq La Verna

deherlek il-Mulej

forma ta' Serafin

b'sitt gwienah miftuhin.

 

B'imhabba Hu tak

l-imqaddsa pjagi Tieghu,

Biex mieghu inti taqsam

minn tieghu, nofs it-tbatija.

 

Int dejjem lest biex tbati

ghal Dak li habbna tant,

u jien kif naqta', xi ftit subghajja

ingerger u nwahhal f xi hadd.

 

Ghalkemm int kont debboli

u ta' spiss tkun marid,

qatt ma qtajt qalbek

meta d-dawl ta' ghajnejk halliek.

 

Ixxandar il-Kelma ta'Alla

kull fejn kont tmur,

ma tibzax tistqarr lil Kristu

l-anqas jekk martri jkollok tmut.

 

Ambaxxatur tal-paci, d-dinja kemm

ghandha bzonn

nies bhalek, li bi kliemhom

ixerrdu paci u sliem.

 

Ghallimni nkun strument ta' paci,

minflok ta' glied,

u fejn ikun hemm in-niket,

ghinni int, sabiex il-ferh ingib.

 

Missierna SAN FRANGISK

int qieghed fejn Gesù l-mahbub,

itlob ghalina nitolbuk,

halli l-farag naqilghu zgur.

 

Ta' kull sena fl-4 ta' Ottubru

il-festa tieghek niccelebraw,

ma' l-ahwa kollha Frangiskani,

lil Alla nizzu hajr.

 

Hemm fejn ALLA l-Gholi,

int tinsab tassew kuntent,

mal-Madonna u l-qaddisin,

u l-angli jkantaw ferhanin.

 


Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, Ottubru 1994, 25.

Assisi 4.10.2003


 

Poezija

ta'

Judith

Gatt

OFS