|
Poezija Frangiskana |
|
|
Frangisku, il-Fqajjar Ghani ta' Patri Wistin Attard OFMCap. Frangisku, il-Fqajjar Ghani
Ghaddej jiggerra mat-tfajliet zaghzugha Imheggeg ghat-taqtigh, ghas-sliem u r-rebh Ta' l-ghezez belt li sqietu demm ibaqbaq Assisi, il-gawhra tas-Sultan tas-sebh.
U bhal hamiema gwejda li tindarab U taqa' fl-art ghal ftit u terga' ssuq, Hekk qam felhan Frangisku wara holma Milqut minn nebha hierga minn hemm fuq.
Dlonk warrab l-irbit kollu li bhal mazra Ma' l-art imsammar rabtu daqs ilsir, U hieles ried jintrefa' lejn l-Imghallem Imxennaq li xebh tieghu darba jsir.
F'dirghajh bla sabar ghannaq mard u faqar, Fis-skiet l-imhabba xandar kullimkien. Bhal bidwi b'hodon zrieragh ghadda jferrex Il-gid u s-sliem mat-toroq bla waqfien.
Missier ghaziz, il-fagar tieghek ghani. Ghani bil-bosta ghax rabtek rabta sew Mal-Mulej Alla w tak is-sigill tieghu, Deffsek go qalbu u zammek b'ghozza hemm gew.
Fil-hlejjaq kollha gharaft il-kobor t'Alla U tajtu kull fohrija bl-ohla kliem. Illum ghajnejn kulhadd mixhuta fuqek, Mis-sema nizzel fuqna barka u sliem.
Patri Wistin Attard OFMCap. 15 ta' Awissu 1999
Din il-Poezija dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, Ottubru 1999, 25. Assisi 4.10.2003 |
Poezija ta' Patri Wistin Attard OFMCap.
|
|