|
Poezija Frangiskana |
|
|
Gheliem godda ta' Qdusija Awtur mhux maghruf Gheliem godda ta' Qdusija (sekwenza)
Gheliem godda ta' qdusija Nisslu xempju ta' tjubija Li troxx gid u tferrex dija Mit-taghlim ta' San Frangisk.
F'ghaqda gdida lill-imxierka Inghataw ligijiet xierqa Dmirijiet godda u mbierka Imfasslin minn San Frangisk.
Ordni gdid u hajja xeghlu B'ligi mqaddsa tnehha l-velu Li kien satar il-Vangelu Dwal li d-dinja regghet rat.
Ligijiet minn Kristu mnebbha Ghad-deh'n taghhom m'gherfu mxebbha Fuq l-ohrajn dlonk kisbu rebha. F'isem l-oghla apostolat.
B'habel ahrax, b'cogqa fqira Ghatta surtu bi tmaqdira; Hobz bil-qies, ikel harira; Siequ cahhad miz-zarbun.
Hajtu jsaffi ried mill-faqar Minn kull hajr ghazel jinhaqar, Ghat-tlellix tilef is-sabar, Warrab gidu ghall-kurdun.
Qalbu fittxet dawk l-imkejjen Fejn bi dmugh ghajnejh izejjen B'sobgha ghaz-zmien siewi li xejjen Mat-tgerbib ta' seklu shih.
Mill-blat, fl-ghari, Fejn mar jogghod Ghajnejh sammar fl-gholi, 'l boghod; Frugha d-dinja tghallem jobghod B'lehma mfittxa mis-smewwiet.
Gismu mghakkes sar bla sura Lewn il-gilda ksietu s-sfura; L-ikel fittex fl-Iskrittura; Stmerr il-hajra tax-xewgat.
Fuq muntanja f'ghar intafa', Mill-art wiccu qatt ma rafa' Sa ma gewh is-sliem u safa; U f'dal habs ta' xewqtu strieh.
F'dagqa wahda fegg bhal beraq, Sid id-dinja s-sema feraq, Mohh it-raheb l-ghageb seraq, W hekk intrafa' f'dan in-nebh.
Gablu l-marki tat-tbatija Li Gesu garrab bla htija U fuq lahmu stampa d-dmija, Naqqax griehi bl-istess xebh.
Huwa haseb, b'diega f'qalbu, Fil-hruxija ta' min sallbu, Genbu, idejh u sagajh garrbu Dak li garrab il-Mulej.
Twahhdu r-rwieh b'ghageb tas-sema Il-Qaddis tkellem u sema'; Wara ra l-grajja f'migemgha Li se jigru ghal li gej.
Hawn xi msiemer f'ghadmu ssammru Suwed barra, f'gismu thammru Truf il-griehi hass jixxammru Mat-titgib tal-ponot twal.
Ma sarux bl-ghodod grihietu; Kienu grazzja skond xewqietu Il-martell thalla fi skietu, Feggu f'gismu bhall-inwar.
Fuq il-gisem, ghadu taghna, Int irbaht glidiet herqana Sbaqt il-gibda hekk setghana Bis-sinjali tas-salib.
Aghmel raheb li jharsuna, F'kull taqbida li jsahhuna U jhejjulna dik l-ghajnuna Li tmexxina fit-taqlib.
O Missier, hniena u qdusija, Gholli n-nies li hrigt mill-htija Ma' l-irhieb f'ghaqda ahharija Lejn is-saltna tas-smewwiet.
Ha jissiehbu mal-mahtura Dawk l'ghallimt u tajthom sura, Ma' l-irhieb iz-zghar migbura Jghixu l-hajja tal-hajjiet.
Amen. Hallelujah.
Awtur mhux maghruf.
It-test huwa mehud mill-Missal, Ruman Serafiku, Vol I, Malta 1979 Assisi 6.10.2003 |
Poezija ta' Awtur mhux maghruf
Sekwenza tal- Quddiesa nhar il-festa ta' San Frangisk
|
|