|
Poezija Frangiskana |
|
|
Omm il-Frangiskani ta' Geoffrey G. Attard Lil Immakulata Marija - Omm il-Frangiskani
Gewwa Assisi, belt qadima deher Frangisku, bniedem kbir illi ghex il-faqar, l-hena ried li r-rieda t'Alla ssir.
Gabar mieghu bosta zghazagh illi fis imxew warajh imma kien hu li fil-bidu habb lil Kristu u minn rajh.
U b'Sultana minn ta' wliedu ghazel Mara kollha gmiel Xebba safja w minghajr nikta Omm li tbeghedna minn kull xkiel.
Din il-Mara bil-wisq umli kellha twelled il-Feddej illi gie biex isalvana jibqa' maghna ghaz-zmien li gej.
Mara kbira fil-qalb t'Alla il-Omm tieghu fit-twelid Mara safja u minghajr tebgha Omm ta' dak l'Hu taghna s-Sid.
Min hu l-bniedem fuq l-art kollha li ma jafx din x'Mara hi? Mara kbira sa minn dejjem Omm min fdiena dak li hi!
Thobbha l-Knisja kull fejn hija u l-ulied ta' San Frangisk jaghtu lilha l-akbar qima huma lilha jhobbu wisq.
O li kieku d-dinja kollha taghraf thobbha bla dewmien, kieku l-paci fis titlahham narawha hajja f'kull zmien.
Dawn ulied il-Fqir t'Assisi lilha qiemu b'ewlenin lil Marija bhala s-Safja, ta' bla htija, Omm il-hajjin.
Lilha sejhu Immakulata hafna qabel dat-twemmin kien migbur f'Domma tal-fidi biex nemmnuh dejjem, f'kul hin.
O Marija Immakulata Omm ta' l-Ordni Frangiskan zomm maghquda l-Frangiskani dan l-Ordni ghalik ghatxan.
Ghalhekk, mela Omm il-grazzja li l-Frangisku ressaq lejk, aghmel li wliedu jkunu denji li jaraw ghajnejk.
Geoffrey G. Attard
Din il-Poezija Derhet fir-rivista Dawl Frangiskan, Sena 16, Ghadd 165, Dicembru 1996, 25 Assisi 7.9.2003 |
Poezija ta' Geoffrey G. Attard
|
|