|
Poezija Frangiskana |
|
|
San Bonaventura jsellem lil Frangisku Kitba ta' San Bonaventura traduzzjoni ta' Frank Delia OFMCap. San Bonaventura jsellem lil Frangisku
Min jista' jiddeskrivi l-imhabba ferventi li kienet tikbes f'qalb Frangisku, il-habib tal-Gharus?
Bhal fahma hamra hu kien jixghel kull hin bil-fjamma ta' l-imhabba ta'Alla. Kull x'hin kienet tissemma' kien jeccita ruhu, kien jitqanqal u jikkomovi ruhu daqs li kieku xi hadd mess wahda mill-kordi ta' qalbu bi kliemu. Ta' spiss kien jghid li jekk wiehed jircievi karità u jrodd ghaliha bl-imhabba ta'Alla jkun att l-aktar nobbli. Ukoll: li dawk li jistmaw il-flus aktar mill-imhabba ta'Alla huma tassew boloh. L-imhabba ta'Alla ghal Frangisku kienet imprezzabbli ghax biha kulhadd jista' jidhol fis-Saltna tas-Sema. Id-dispjacir kbir tieghu kien meta jara bnedmin li ma kellhomx stima lejha. Frangisku kien jitghaxxaq bl-opri kollha tal-holqien. Kien ferhan jilmah f'kollox is-Sid u l-Kreatur taghhom. Is-sbuhija tal-hlejjaq kienet tirrifletti ghalih is-Sbuhija nfinita ta'Alla stess. Kien jilmah fihom marki li juruh it-triq lejn Alla. Kien juzahom bhal sellum twil biex fuqu jitla' biex jghannaq il-MAHBUB TA' QALBU. B'sens kbir ta' devozzjoni kien iqis kollox u kulhadd bhal nixxija ta' ckejknin hergin mill-istess xmara originali taghhom. Fil-firxa tas-smewwiet Frangisku kien jammira l-armonija perfetta u bhal profeta David kien jistieden ix-xemx, il-qamar u l-kwiekeb biex ifahhru 'l Mulej.
San Bonaventura traduzzjoni ta' Frank Delia OFMCap.
Din il-Poezija hija kitba ta' San Bonaventura mehuda minn "The Life of St Francis" u traduzzjoni ta' Frank Delia OFMCap. Dehret fir-rivista, Dawl Frangiskan, Dicembru 1991, 2. Assisi 4.10.2003 |
Poezija ta' San Bonaventura traduzzjoni ta' Frank Delia OFMCap.
|
|