Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Crucifige!...Crucifige eum!


 ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.


Crucifige!...Crucifige eum...!

 

Sallbu…sallbu…skiet il-Gogota

Ghadu jisma Bla waqfien

Lil-Lhud ighajtu kontra Kristu,

Wara mixja ta’ kemm zmien.

 

Baqa’ s’issa l-lehen jidwi

Ma’ kull rih, f’Gerusalemm,

Ta’ dik l-ghajta: “Jinzel fuqna

Fuq uliedna b’sahta, id-demm”.

 

Sallbu…sallbu…ddamdam l-ghajta,

Sultan taghna Dak m’huwiex,

Ma rriduhx isaltan fuqna,

Haqqu l-mewt…bniedem xewwiex!

 

Fuq l-Alvernja, lehen iehor

Kien sikwit fis-skiet jittenna,

Ma kiex lehen il-Lhudija,

Izda kien lehen il-Genna.

 

Sallbu…sallbu….kien il-lehen,

Lil Frangisku, Kristu Gdid,

Irriduh imsallab…sallbu

Mhux bl-imsiemer tal-hadid;

 

Sallbu…sallbu…b’nar l-imhabba

Li qed tixghel f’mohbet qalbu

Ghal Min miet ghalih imsallab,

Ghalhekk, bhalu, sallbu…sallbu.

 

Lejla wahda ta’ Settembru

Fuq l-Alvernja mar ghall-kwiet,

Jitlob ‘l Alla, w lemah Anglu

Serafin gej mis-smewwiet.

 

Waqt li nxtehet f’telfa kbira,

l-Anglu t’Alla resaq lejh,

tah il-Pjagi w bihom sallbu

fil-kustat, f’idu w f’riglejh.

 

Hawn Frangisku sar Xebh Kristu,

Bhalu twieled, ghex u miet

Spiccat l-ghajta: “Sallbu…Sallbu”.

Fuq l-Alvernja waqa’ s-skiet.

 

 

Patri Mattew Sultana OFMCap

 


Din il-Poezija gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Joe Buttigieg OFMCap. nhar 4 ta' Settembru 2003  permezz ta' l-email.

Assisi 4.9.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Mattew Sultana OFMCap.