|
Poeżija Franġiskana |
|
|
O Fqajjar Qaddis ta' Fr Thomas Calleja OFMConv. O Fqajjar Qaddis
O Fqajjar Qaddis. Franġisku għażiż,
fil-Kripta, hawn taħt, lil qalbi jien ftaħt,
biex nifraħ ftit bik u b'Ġesł, li fdiek!
Fil-ħemda, fis-skiet, b'tas-sema barkiet
jittaffa' il-ġuħ, li tħoss biss ir-ruħ
tal-Mulej Divin, mill-aktar ħanin.
tistaġħna il-qalb fil-ġabra tat-talb.
Fuq passek imxejt, ħawn nisħar, jien ġejt
Id-dinja int ħrabt u l-ħena ġarrabt
Il-faqar ħabbejt u ħekk int, imxejt
bi Kristu fil-qrib bdejt terfa' salib
fil-ħelu, fil-morr, salibek iġġorr,
fil-ġħana, fl-imrar bqajt sod daqs l-ażżar!
Fil-faqar, fil-ġid, int moġħni bis-Sid,
fis-saħħa, fil-mard lil Alla faħħart!
Fil-qilla tar-riħ bqajt qawwi u sħiħ,
fil-ħena, fil-ħemm, fi Kristu, sibt kenn,
fid-djieqa, fl-uġiġħ, f'Ġesł sibt mistrieħ!
Fl-iljieli, bi nħar imħeġġeġ bin-nar,
b'imħabba kull ħin ġħal Kristu Ħanin.
Salibek ħaddant u ġismek rażżant.
Ma' Kristu marbut bil-pjaġi milqut.
Lill-bniedem int trid il-Paċi u Ġid.
Ġo qalbu mas-serħ tixtieqlu il-ferħ,
it-tjieba, il-ġieħ dak kollu sabiħ!
Fuq qabrek jien ġejt u bil-ferħ imtlejt,
U issa ħa mmur f'kamarti miġbur
Franġisku, ħabib le bħalek ma nsib
int tieġħi ġħażiż, o Fqajjar Qaddis.
Fr Tħomas Calleja Fuq il-Qabar ta' San Franġisk Assisi - 8 ta' Awwissu 2003
Assisi 10.8.2003 |
Poeżija ta' Fr Tħomas Calleja OFMConv
|
|