|
Poezija Frangiskana |
|
|
Skiet il-Verna mill-Liturgija tas-Sighat Skiet il-Verna (Innu)
Skiet il-Verna jerga' jfakkar ta' Gesù l-ehrex tbatija, dawl ta' fidwa minn fuq l-Gholja jeqred l-ghajb mishut tal-htija: Frangisk jishar f'talba twila mas-Salib, f'hemda lejlija.
Fuq din l-Gholja f'ghar imwarrab kien jitbieghed mill-bnedmin ghal xi zmien, u fqir minn kollox, f'sawm jghaddi jiem henjin: ma kienx jorqod, spiss jitniehed ghad-dnubiet tal-midinbin.
F'hemda sfiqa wahdu jitlob mohhu jitla' 'l fuq 'l fuq, jahseb sewwa f'Gesù Msallab qalbu mgarrba bl-akbar hrug: f'xewqa lhiha li tbatija tas-Salib isehhlu jduq.
F'daqqa wahda r-Re mis-Sema gie b'ilbies ta' serafin, sitt igwienah jostruh kollu f'harstu s-sliem u wicc hanin minn idejh, riglejh imsammra, juri l-griehi imdemmin.
Il-qaddej ra l-Feddej tieghu, darba jbati, illum rebbieh, kollu umli, kollu tjieba, jarmi dawl tassew sabih: fehem Frangisk id-dehra kbira, hass is-seher tal-mistrieh.
L-Gholja qabdet b'nar tal-Genna rawha n-nies mill-fond tal-wied, qalb Frangisku saret hegga b'nar ta' mhabba mis-Smewwiet: gismu zzejjen f'daqqa wahda bl-ghaxqa mqaddsa tal-gerhiet.
Innu ta' l-Ghasar Missierna San Frangisk t'Assisi fil-ghoti tal-Pjagi Mqaddsa 17 ta' Settembru Awtur mhux maghruf
Din il-poezija hija innu Frangiskan mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan, Malta 1980, p 208-209. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtrur imma mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani. Assisi 7.8.2003 |
Poezija mill- Liturgija tas-Sighat, Proprju Frangiskan.
Awtur mhux maghruf
|
|