Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Ix-Xemx niezla bil-qajl


mill-Liturgija tas-Sighat


Ix-xemx niezla bil-qajl

(Innu)

 

Ix-xemx niezla bil-qajl, fuq l-art mis-sema

bdew jaqghu twal, ghajjiena, d-dellijiet;

is-skiet fuq kollox, San Frangisk hass riesaq

il-hin li jmur jithenna fis-Smewwiet.

 

X'qawwa qed tahkem dan il-bniedem t'Alla!

U x'fidi hajja daqs ilsien tan-nar!

X'hegga ta' mhabba taqbad gewwa sidru,

kull hjiel ta' dinja fih, ga ghadda w mar!

 

Qalbhom maqsuma jibku, resqu b'qima

uliedu, u madwaru migburin

staqsewh: "Ghaliex se titlaq ja raghaj taghna,

se nisfghu nghag mitluqa u mxerrdin?"

 

Hares lejhom bis-sliem u refa' idu,

u fetah kemmxejn fommu kollu hlewwa:

"Tinzel fuqkom bhal xita l-grazzja t'Alla,"

qalilhom, "u thariskom minn kull dnewwa"

 

"Jalla ma jidhol qatt il-qerq go mohhkom

u l-bogh'd izzommu l-gisem minn kull htija

ta' zina u tingis, 'mma jkollkom qalbkom

bit-tjieba tal-Mulej, b'kull hajr, mimlija".

 

Kif qal dal-kliem, ir-ruh halliet il-gisem,

taret fil-berah wiesa' tas-Smewwiet,

kewkba ta' dawl leqqien, biex tmur tissieheb

mal-kwiekeb l-ohra, jiddu bil-qtajjiet.

 

Innu ta' l-Ewwel Ghasar

Festa ta San Frangisk t'Assisi

3 ta' Ottubru

Awtur mhux maghruf

 


Din il-poezija hija innu Frangiskan  mehud mill-Liturgija tas-Sighat - Proprju Frangiskan,  Malta 1980, p 228-229. Innota li t-titlu mhux moghti mill-awtur imma  mill-kompilatur ta' dawn il-pagni ta' Poezijiet Frangiskani.

Assisi 11.8.2003


 

Poezija

mill-

Liturgija

tas-Sighat,

Proprju

Frangiskan.

 

Awtur

mhux maghruf