Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


il-Laqgha ta' San Frangisk ma' San Duminku


 ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.


Il-Laqgha ta' San Frangisk ma' San Duminku

 

Iltaqa' San Frangisk mal-habib tieghu,

Ma' San Duminku, bniedem kbir, qaddis,

Ferhan mar fuqu, ghannqu ghanqa mieghu, Faqqaghlu bewsa ta' habib ghaziz.

 

B'safa ta' hsieb li l-ebda ruh ma jtabba'

Raddlu, Duminku, bewsa fuq haddejh

Ghax hass li qalbu trid ittir bl-imhabba

X'hin ra 'l Frangisku jhaddnu bejn idejh.

 

Ma' tul is-snin li gerbu, l-bewsa safja,

Ulied Duminku baqghu ma nsew qatt;

Ghadha go mohh ulied Frangisku, l-hafja,

U tibqa' ghal dejjem ma jinsieha hadd,

 

Ghax din il-bewsa jfakkru l-Frangiskani,

Tar'hom in-nies hbieb kbar mad-Dumnikani.

 

Patri Mattew Sultana OFMCap

 


Din il-poezija dehret fil-ktieb ta' Patri Mattew Sultana Kapuccin, Hsieb u Hajja, Malta p. 129 u gie imwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Albert Sammut OFMConv nhar 6 ta' Awwissi 2003 waqt zjara li ghamiltu fil-Panitenzjeri tal-Vatikan f'Ruma.

Assisi 7.8.2003


 

Poezija

ta'

Patri

Mattew Sultana OFMCap.