|
Poezija Frangiskana |
|
|
Lill-Patrijarka Missierna San Frangisk ta' Patri Mattew Sultana OFMCap. Lill-Patrijarka Missierna San Frangisk
Int gharaft tghix! stmerrejt il-wirt u l-ghana, Il-gid tad-dinja taht saqajk irfist, Ma ridtx li qalbek tghix bil-ksib ferhana; Fis-sema l-gid fittitx! ...hemm hobzok hbiztu.
Ridt li tghix fqir hawnhekk biex hemm tistaghna, Tlaqt kull ma kellek u haddant lil Kristu, Xhin dak li d-dinja stmerret, Missier taghna, Ghannejt ma' qalbek, w ghal imhabbtu bistu.
Mieghu marbut, jiem hajtek ghaddejt hieni, Ghalkemm id-dinja xlietek f'kemm-il grajja Ghax biex ksibt 'l Alla, lilha tlaqt minn kmieni.
Twelidt bhal Kristu Sidek, f'ghar tal-bhejjem, Biex izjed tixbhu l-griehi tak fil-hajja; Sirt Kristu iehor, fis-smewweit, ghal dejjem.
Patri Mattew Sultana OFMCap
Din is-sunett deher fil-ktieb ta' Patri Mattew Sultana Kapuccin, Hsieb u Hajja, Malta p. 142 u gie mwassla lil dan is-site permezz ta' Patri Albert Sammut OFMConv nhar 6 ta' Awwissi 2003 waqt zjara li ghamiltu fil-Panitenzjeri tal-Vatikan f'Ruma. Assisi 7.8.2003 |
Poezija ta' Patri Mattew Sultana OFMCap.
|
|