|
Poezija Frangiskana |
|
|
Il-Mahfra ta' Assisi ta' Fr Thomas Calleja OFMConv Il-Mahfra ta' Assisi
X'inhu jigri llum f’Assisi? X'giebha ’l hawn dil-kotra nies taht xemx tisreg minn t'Awwissu, f'rassa bilkemm tiehu nifs!?
Gew izuru c-ckejkna knisja ta’ Marija Sidt Setghana sabiex b’talbha l-mahfra jsibu u bil-grazzja r-ruh tistaghna!
Fl-elf mitejn u sittax maghhom San Frangisk kellu vizjoni: ra 'l Gesù u 'l ommu Marija... grazzja jaghzel; x’okkazjoni!
Frangisk xtaq li kull minn jidhol hemm soghbien, mill-htijiet niedem, jaqla' l-mahfra ta' dnubietu hekk kif jahfer Alla 'l-bniedem.
Il-Mulej laqa' xewqitu, izda b'patt u b'kundizzjoni li minghand Onorju Tlieta jitlob dlonk l-approvazzjoni.
Kbira kienet l-indulgenza! Izda l-Papa laqa’ l-kliem: Jalla l-Mahfra ta' Assisi fil-qalb il-midneb tnissel sliem!
F'dik is-sena ghall-ewwel darba ghall-kappella l-folla griet, niedma, u b’soghba, titlob mahfra minghand Alla tal-htijiet.
"Ejjew, nies, kulhadd ghall-Genna!" Xewqet din Frangisk il-Fqajjar. Ried li l-bniedem wara mewtu lejn is-sema 'l fuq jittajjar.
Ghalhekk gew in-nies Assisi: Kulhadd gie f'riglejn Marija biex jitlobha u jalqa' l-mahfra u biex tharsu minn kull htija.
Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi: 2 ta' Awwisu 2003 Festa tal-Mahfra ta' Assisi Assisi 3.8.2003 |
Poezija ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
|
|