|
Poezija Frangiskana |
|
|
Fuq Qabar Frangisku ta' Fr Thomas Calleja OFMConv Fuq Qabar Frangisku
Hawn Frangisk, ghaziz, fuq qabrek, gejt il-lejla shart fis-skiet, f'dawl inemnem, fjamma tizfen, mohhi jhewden bil-grajjiet:
Dawk bikrija, genn zghoziitek, kant, xalar... 'mma vojta l-qalb! Il-hbieb hrabt, tfittixt il-gabra mohhok medhi biss fit-talb.
Meta gheri nzajt minn hwejgek, ilbist coqqa bhal salib; il-Vangelu ghext fis-safa, ’l Alla obdejt – l-aqwa habib.
F'hajtek gdida gennint zghazagh: hallew kollox, warajk grew; inghaqdtu lkoll fl-imhabba, tfahhru 'l Alla, b’ferh tassew!
Meta xxandar mort il-Bxara Fi bliet qrib, f’ohrajn fil-boghod, ’l-ghonja, 'l-fqar, 'il-kbar u ’c-ckejkna: taghlim Kristu qawwi w sod.
Il-Milied ghextu fi Greccio; fuq il-Verna l-pjagi doqt; Bl-Ghanja tieghek minn tal-Hlejjaq, lill-holqien lejn Alla soqt.
Fl-ewwel granet ta' Ottubru gheri ridt timtedd fil-qiegha ftaht idejk biex 'l Ohtok tghannaq ghax tal-mewt waslet is-siegha.
Il-fdal tieghek ghadu maghna ruhek, izda, fis-smewwiet. Hawn fuq qabrek, ja Frangisku gejt il-lum nitlob fis-skiet.
Irrid bhalek, bla xejn tieghi, wara Kristu nimxi qrib nimxi wrajh bla nhares lura it-triq kollha bis-salib!
Fr Thomas Calleja OFMConv Assisi: 21 ta' Lulju 2003 Assisi 26.7.2003 |
Poezija ta' Fr Thomas Calleja OFMConv
|
|