Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Il-Glorja ta' Assisi


ta' Patri Dumink Bonello OFMConv


Il-Glorja ta' Assisi

 

ASSISI l-Belt li fiha twieled FRANGISKU,

ASSISI l-Belt li fiha huwa miet!

ASSISI li baqghet dejjem tissemma,

ASSISI li kwazi 'l kull belt ghaddiet!

 

     Ghaliex Frangisk kif minn Kristu msejjah kien,

     mill-ewwel wiegeb biex sehmu jaghti,

     u jifred il-Knisja f'dawk iz-zminijiet,

     bla ma qaghad iqis kemm kellu jbati!

 

Gabar madwaru 'l dawk li grew ghal ghandu,

biex ghal dan l-ghan ilkoll flimkien jaslu!

Riegla kitbilhom li l-Papa kkonferma,

fuqha hajjithom kellhom ifasslu!

 

     Ghaddew is-snin u l-Ordni baqa' jikber,

     mad-dinja xtered u ssibu kull fejn tmur!

     b'hekk, Int Frangisk, ma' kullimkien ixxandart,

     mieghek Assisi kisbet wisq unur!

 

Kemm nies tul is-sena ASSISI jzuruk,

u lilek FRANGISK ilkoll jitolbuk,

biex grazzja taqlaghlhom ta' PACI u GID;

il-hajr mat-tifhir minn qalbhom jaghtuk!

 

P. Dom. Bonello OFMConv

Ghawdex: 15 ta' Lulju 2003

 


Din il-Poezija waslet Assisi bil-posta minghand l-awtur innifsu fid-19 ta' Lulju 2003

Assisi 19.7.2003


Poezija

ta'

Patri Dumink

Bonello

OFMConv