Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Fil-Jum ta' l-4 ta' Ottubru 1226


ta' Gius. Ma. Stivala


Fil-jum ta' l-4 ta' Ottubru 1226

 

...u dak li ghal Alla ta' kbir turija,

x'hih jara saltniet Kristu wisq maghsura;

d-dinja mhassra mill-hazen, bl-ebda sura:

lilha, Hu jibdel f'saltniet il-qdusija!...

 

Issa, mixhut ma' l-art bl-irmied mimlija

'l Alla qed joffri l-oghla, l-eghzez fjura;

dik li go gismu damet wisq mahqura,

tant kemm xtaqet tmur mieghu fid-dgawdija!

 

Dik, li mit-Tabor tad-dinja kbir mistrieh,

wisq garrbet; ah! ...issa bi kbira hlewwa

hi hierga minn gisem l-Imsallab (1) il-wisq ferrieh!

 

Fuq tronu l-imgarraf fejn sthaqqet tas-Sewwa (2)

hi giet imqeghda ma kotra ohra kwiekeb sbieh;

biex b'dawlha li wisq tbighed id-dnewwa!...

________

(1) Missierna S. Frangisk

(2) Ilk-Partijarka M. S. Frangisk, ghall-qdusija tieghu, fil-genna gie mqieghed flok Luciferu

 

 

Gius. Ma. Stivala

Malta


Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXXIV, no. 10, Ottubru 1949, p.151.

Assisi 17.6.2003


 

Poezija

ta'

Gius. Ma. Stivala