Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Lil San Frangisk t'Assisi


ta' Mgr. Guzeppi Farrugia


Lil San Frangisk t'Assisi

 

Frangisk, int fhimtha d-dinja bil-qerq taghha.

Rajt li ma fihiex wixx u lanqas benna

ghamilt ta' ragel tlaqtha u mort tithenna

Hemm fejn is-sewwa stajt issib w is-sahha.

 

Narak ghalhekk b'dirghajk imhaddan maghha

Dik l-ghuda tas-Salib, qieghed tistenna

Bid-dinja taht saqajk li fik tittenna

Ix-xbiha ta' l-Imsallab, biex tnebbahha

 

L'hu dahq fil-wicc ir-rand li ggib ma' gbinha

Shab iswed fil-maltemp il-gid u l-ghana

ghaddej itir mar-rih flimkien maz-zina.

 

Li, mhux fil-frugha tista' s-serh ta' qalbha

Issib u tghozz u tohla u tghix ferhana,

'Mma fis-salib li fuqu tigi msallba

 

Mgr. Guzepp Farrugia

Victoria - Ghawdex

 


Dehret f'il-Habbâr ta’ S.Antnin ta' Padova, Sena XXXIII, no. 10, Ottubru 1948, 150. U mill-gdid fil-Habbâr ta' sant'Antnin, Nru 3 - Gunju 2001, 12.

Assisi 17.6.2003


 

Poezija

ta'

Mgr. Guzepp

Farrugia