Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 Lil San Frangisk t'Assisi


ta' Gorg Pisani


Lil San Frangisk t'Assisi

 

Lid-dinja chadt; b'gidek ghazilt il-faqar,

inzajt ferhan l-ilbies tas-sinjorija;

stmerrejt il-gieh, kull xorta ta' fohrija,

habbejt u tlabt, sofrejt fis-skiet u s-sabar.

 

Bis-Salib biss ridt tifrah u tiftahar,

ghalhekk fuq l-Ghoija gewwa ragg ta' dija

ilqajt il-hames pjagi ta' tbatija

biex fik ta' Kristu x-xebh kollu jingabar.

 

'L Alla berikt fil-ferh, berikt fid-dwejjaq,

tqabadt mal-qerq li l-qlub kien qed itabba';

b'kelma mimlija sliem, mielsa u fuq ruhha.

 

U staghbu l-gnus xhin Serafin ta' mhabba,

rawk thares fis-smewwiet b'dirghajk miftuha

tkanta, poeta, l-ghanjiet kbar, tal-hlejjaq.

 

Gorg Pisani

Victoria - Ghawdex

 


Dehret fil.ktieb ta' Gorg Pisani, Il-Waltz tad-dellijiet, mitt sunett, Lux Press, 1949. p.29.

Assisi 17.6.2003


 

Poezija

ta'

Gorg Pisani