Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


 L-Ordni Minoritiku Frangiskan


ta' Gius. Ma. Stivala


L-Ordni Minoritiku Frangiskan

 

Lill-W.R.P. Tarcisju M. Chetcuti,

O.F.M.C. Direttur tal-Habbar

b'wiri ta' l-aqwa stima u mhabba noffri

 

Bhal xemx ohra, u minn l-izjed sabieha,

dehret wisq tiddi b'qawwietha fis-smewwiet:

ghal zbuhitha, fid-dinja, u bir-rieha

taghha li tghaxxaq, malajr kull vojt imliet!

 

It-twajjeb Frangisku! L-Kewkba rebbieha

li hareg jigri ma' tul kull zmenijiet,

b'hidmiethu, uliedu, ghall-kbira fwieha,

biex l-hena Hu jhabbar ta' kull ghaxqiet

 

Fost l-aqwa qima u hegga ghal Alla,

jmorru biex ixandru lil kollha l-gnus;

x'hin ghal setghatu sa 'l pajjizu halla!

 

Quddiem kburitu, l-lum wisq ferhana

f'waqt li b'kull qima jbaxxu taghhom rjus,

jghidulu: "Ja Missier, hawn dwarek, arana!"

 

Gius. Ma. Stivala

Sebbieh - Malta

 


Dehret f'il-Habbâr ta’ Sant'Antnin ta' Padova, Sena XXXIV, no. 8, Awwissu 1949, p.150.

Assisi 17.6.2003


 

Poezija

ta'

Gius. Ma. Stivala