Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Jum it-Twelid ta' San Frangisk


 ta' Patri Beneditt Darmanin OFMConv.


Jum it-Twelid ta' San Frangisk

 

Fi hdanu missierek

Ferhan bhal-lum haddnek,

Waqt li, f'mohhu kellu,

Li f'giehek ikabbrek.

 

   Ried li tal-familja

   Tkun int kavallier,

   U nobbli u qalbieni

   Ta' artek gwerrier.

 

Le qatt kien jistenna

Li f'dan tieghu holm,

Li l-fqajjar t'Assisi

Kien qieghed izomm.

 

   Int bhalu kbirt tahseb

   Sa dak jum zghozitek,

   Li fih Kristu msallab

   Kien qallek li jridek.

 

Li l-Knisja minn tieghu

Issewwi int tmur,

Ghax taghha fi hsiebu

Kont restawratur.

 

   Ghas-sejha ta' Alla

   Id-dinja int chadt,

   Biex dik ta' l-Imsallab

   Il-mixja dritt qbadt.

 

U biex int lil Kristu

Zgur tasal biex tirbhu,

Bi kliem il-Vangelu

Fittixt illi tixbhu.

 

   U hemm fuq l-Alvernja

   Rajt xewqtek tintemm.

   Hekk kif minn tal-pjagi

   Rajt hiereg id-demm.

 

B'hekk sirt: "Alter Christus"

Kif Alla kien riedek,

Kunent illi l-Knisja

Sahhahtlu b'uliedek.

 

Patri Beneditt Darmanin OFMConv.

Rabat - Malta 17 ta' Ottubru 1982

 


Din il-poezija inbaghatet bil-post mill-awtur innifsu

Assisi 26.4.2003


 

Poezija

ta'

Patri Beneditt Darmanin OFMConv.