Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Quddiem l-Istatwa ta' San Frangisk


 ta' Kav. Joe M. Attard


Quddiem l-Istatwa ta' San Frangisk

 

O qniepen sbieh li tafu

tal-ferha taghtu l-bxara,

ghollu lehinkom safi

u doqqu lkoll bil-hrara.

 

Illum il-festa ta' Frangisku,

Bniedem fqir, qaddis ta' dejjem,

li ma rahiex bi kbira jsellem

lill-hutiet, it-tajr, il-bhejjem.

 

Min qal li dan il-Fqajjar:

Mid-dinja ghab u miet!

Araw lin-nies titolbu

migbura lkoll fis-skiet!

 

Matul dat-tmien mitt sena

l'ghaddew matul iz-zmien

Frangisku baqa' maghna

w hekk jaghmel ghal gejjien.

 

Bierek lil dawn l-irhieb tieghek,

li tant jaghmlu maghna lkoll.

Lilhom hares minn kull deni

taghna hu hsieb int ukoll.

 

Aghmel li dil-knisja tieghek,

illi fiha nigu spiss,

tkun il-gawhra taghna kollha,

ha ntuha l-gieh li lilha jmiss.

 

Kav. Joe M. Attard

Victoria - Ghawdex: Il-Hadd 4 ta' Ottubru 1981

 


Poezija mibghutha permezz ta' Patri Dumink Bonello OfMConv. Ghawdex 14.4.03

Assisi 20.4.2003


 

Poezija

ta'

Kav. Joe M.

Attard