Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


San Frangisk - il-Fqajjar ta' Assisi


 ta' Kav. Joe M. Attard


San Frangisk

Il-Fqajjar ta' Assisi

 

Fost il-qaddisin tal-Knisja

ahna nsibu ’l San Frangisk;

zgur li fost il-popli kollha

dal-qaddis hu mahbub wisq.

 

In-nies thobbu ghax fih tara

bniedem umli, ta’ ftit kliem -

iben Pietro Bernardone,

qassam biss paci u sliem.

 

Ghalkemm bin familja ghanja

ma geriex wara l-unuri,

ghall-kuntrarju kien imdawwar

b’ghadd ta’ rhieb liebsa cercuri.

 

Ma’ dawn kellu xi hbieb ohra:

l-annimali tal-kampanja,

hut il-bahar, it-tajr kollu

u l-hemda tal-muntanja.

 

Xtaq li mill-gdid jerga’ jibni

il-knisja ta’ San Damjan

li mas-snin kienet iggarrfet -

stinka biex jilhaq dan l-ghan.

 

Ma kienx fehem li dik il-hsara

ma kenitx fit-terrapien,

fl-istrutturi, jew fil-bini,

izda biss f’tieghu il-flien.

 

Meta nduna li l-Imghallem

riedu jkun strument f’idejh,

telaq daru, halla kollox

biex ikompli jersaq lejh.

 

U ma’ ghadd ta’ zghazagh bhalu

’priedka l-hajja ta’ l-imhabba,

mat-triqat t’Assisi gera

bwietu vojta, minghajr habba.

 

Madankollu hassu hieni,

hassu jrid itir bil-hena

boghod minn kull irbit tad-dinja;

f’din l-art garrab ferh il-genna!

 

Illum jinsab fit-tgawdija

jindukrana mis-smewwiet

lejna jhares bl-akbar hlewwa

u jseddaqna bil-barkiet.

 

Kien fi Greccio illi tana

il-Presepju bil-Bambin:

drawwa ghaziza u devota

illi kibret tul is-snin.

 

F’Malta, f’Ghawdex, f’bnadi ohra

ghandna l-Ordni Frangiskan;

b’qaddisin zejjen lill-Knisja,

fosthom San Massimiljan.

 

Ta’ kull sena, kif Ottubru

ihabbtilna fuq il-bieb,

lil Frangisku ahna nfakkru,

lejn Assisi jtir il-hsieb.

 

Nitolbuk, kbir Patrijarka,

iben denn il-Kuncizzjoni,

harstek itfa’ fuq uliedek,

lilna zomm dejjem unjoni.

 

Kav. Joe M. Attard

Victoria - Ghawdex: 2003

 


Din il-poezija waslet bil-posta permezz ta' Patri Dumink Bonello OFMConv.

Assisi 19.5.2003


 

Poezija

ta'

Kav. Joe M.

Attard