Poezija Frangiskana

 

◄◄|werrej|►►


Lil San Frangisk t'Assisi


ta' Rahbi l-Gharib.


Lil San Frangisk t'Assisi

(Innu)

 

1.

Ninsgu safja dik l-ghanja ta' mhabba

u nghannuha ma' l-angli tas-sema.

Fiha nghidu dak l-ghageb li l-grajja

ma tfakkarx iehor bhalu li nstema'.

Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

fuq l-Alvernja sirt xebh ta' Min fdiek.

Int mis-sema bis-setgha li ghandek

grazzji ixhet, kif dejjem tlabniek.

2.

F'nofs id-dija li tisboq il-kwiekeb,

xhin kont tghammar bil-hsieb fis-smewwiet,

Serafin rajt b'sitt gwienah iheg'gu,

fuq dik 1-gholja fejn doqt biss hlewwiet.

 

             Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

                                               ecc. ecc.

 

3.

L-eghliem kellu tal-fidwa tal-bniedem.

Minxur kien mal-ghuwied tas-salib.

Kellu 1-griehi li nifdu 1-imsiemer.

Kellu f'sidru tal-lama t-tidrib.

 

             Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

                                               ecc. ecc.

 

4.

Wara dik it-tahdita ta' hegga,

li ghamilt ma' Min deh'rlek migruh,

ghebet regghet id-dehra tas-sema

li zammitlek 'il hsiebek merfugh.

 

             Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

                                               ecc. ecc.

 

5.

Gismek kellu ix-xhieda tal-fidwa

li tad-dehra kien ta s-Serafin:

sfajt f'riglejk u f'idejk u f'genb sidrek,

b'hames griehi bid-demm, minfudin.

 

             Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

                                               ecc. ecc.

 

6.

O Missierna, iss'inti bhal Kristu!

Kristu iehor, nghidulek flimkien,

mitlufin fl-ohla hegga ta' mhabba.

Int hejjilna dejjiemi l-ghajxien.

 

             Serafin, wild Assisi, belt sbejha,

                                               ecc. ecc.

 

 

Rahbi l-Gharib

Rabat: 26 ta' Awissu 1952

◄◄|werrej|►►


Mehud minn Rahbi l-Gharib, Nixxiegha (Damma ta' Poezijiet), L-Ewwel Gabra, "A.C. Aquilina & Co", 58d,Rriq Irjala, il-Belt, p 51.

Assisi 15.4.2003


 

Poezija

ta'

Rahbi

l-Gharib